Il-vittmi fi Sri Lanka jiżdiedu għal 290... 24 persuna arrestati

  • Apr 22, 2019 08:35
  • Miktub minn iNews
"

    L-għadd ta’ persuni li nqatlu fl-isplużjonijiet li seħħew fi Sri Lanka baqa’ jiżdied għal 290 persuna. Mal-500 persuna oħra sfaw midrubin u fosthom hemm għexieren ta’ barranin. 

    Skont il-Pulizija fil-pajjiż 24 persuna ġew arrestati wara li lbieraħ numru ta’ knejjes u lukandi lussużi ntlaqtu minn splużjonijiet.

    Il-pajjiż jinsab maħsud b’dawn l-isplużjonijiet li qegħdin jitqiesu bħala l-aktar li ħallew vittmi f’dawn l-aħħar għaxar snin sa minn tmiem il-gwerra ċivili.

    Minkejja l-arresti, s’issa għad mhemmx indikazzjoni ċara ta’ min seta’ kien wara din il-vjolenza. Il-gvern qiegħed jassumi li fost l-aggressuri kien hemm bombi suwiċida.

    Skont ma’ qiegħed ikun irrapurtat f’midja barranija l-awtoritajiet qegħdin jemmnu li hemm il-possibilità li l-aggressuri jagħmlu parti minn  grupp estremist radikali Iżlamiku.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0