Lura minflok ‘il quddiem?

  • Lul 30, 2012 13:38
  • Miktub minn

    Konxji mit-tbatijiet li jgħaddu minnhom dawk il-persuni li jkunu jixtiequ l-ulied, iżda minħabba n-natura ma jkunx possibbli, aħna wkoll konna qegħdin nistennew b’ħerqa l-liġi dwar l-IVF.

    Huwa minnu li l-IVF ilu jsir f’pajjiżna għal bosta snin, però liġi bħal din hija meħtieġa biex sa fl-aħħar jibda jsir ukoll fl-isptar Mater Dei u għalhekk ikun aċċesibbli għal kulħadd. Almenu hekk ittamajna.

    Iżda, fl-istess ħin aħna konxji wkoll tad-diversi pressjonijiet li jeżistu fuq dawk li f’pajjiżna jridu jiddeċiedu u għalhekk konxji wkoll tal-periklu li liġi bħal din tista’ tkun liġi li tipprova togħġob lil kulħadd u forsi tinjora l-iktar lil dawk li għandhom bżonnha. It-titlu tal-liġi - Liġi għall-protezzjoni tal-Embrijon – ukoll tirifletti dawn il-biżgħat.

    Dan biex ma nsemmux il-pastorali tal-Isqfijiet jumejn qabel din il-liġi kienet ippubblikata

    Intant, meta nhar il-Ġimgħa tnediet il-liġi l-ewwel li ġibed l-għajn kien il-fatt li kienu se jkunu persuni f’relazzjonijiet etterosesswali biss li setgħu jadottaw. Imbagħad l-attenzjoni daret ukoll fuq il-fatt li ma kienx se jkun permess l-iffriżar tal-embrijoni. Eventwalment kien spjegat ukoll il-proċess.

    Għadda ftit ħin u bdew jitkellmu l-esperti bil-qbil ġenerali jkun li meta mqabbel mal-proċess li jintuża llum, il-proċess li se tippermetti din il-liġi jnaqqas iċ-ċansijiet ta’ tqala.

    Esperti tkellmu dwar kif din il-liġi se tibgħat lill-koppji barra minn Malta (ovvjament dawk li jifilħu), filwaqt li oħrajn, bħax-xjenzat Paul Sultana, stqarrew li “t-tamiet se jkunu fiergħa.” Jingħad li ċ-ċansijiet li mara tinqabad tqila bil-proċess li jintuża llum huwa ta’ 40% u jekk dan se jonqos wieħed jista’ jimmaġina f’liema livelli se jinżel.

    Anke dawk li appoġġjaw il-proċess fil-liġi jammettu li dan huwa process relativament ġdid li dwaru għad hemm ħafna x’wieħed jifhem u jitgħallem. Il-punt tagħna hu: Għaliex f’dan il-mument ma nibqgħux nużaw is-sistemi li ilna nużaw għal bosta snin (ovvjament regolat b’liġi), u jekk ‘il quddiem jirriżulta b’ċertezza li l-metodu propost għandu l-istess rata ta’ success nikkunsidrawh? Dawn il-koppji li ilhom snin twal jistennew biex ikollhom tarbija u li fuqhom qiegħed jgħafas l-arloġġ tal-ħin m’għandhomx jibqgħu jistennew iktar biex ikollhom l-opportunità ta’ proċess li jgħinhom isiru ġenituri f’Mater Dei.

    Jidher li din tista’ tkun liġi tajba għal ħafna iżda mhux għal dawk li huma milquta direttament, li forsi huma minoranza jew hawn min jemmen li jista’ joffrilhom illużjoni. Nisperaw li din il-liġi ma tkunx każ li morna lura minflok ‘il quddiem.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Lul 30, 2012

    SPOT ON

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 22, 2012

    Ghal xi nies, bajda ffertilizzata hija hajja umana. Jekk trid tkun taf il-ghala tal mistoqsijiet tieghek ghandek tibda billi targumenta li bajda ifertilizzata mhix hajja umana u ghalhekk jista wi

    Irrispondi
  •  

Facebook