Ristorant fil-Birgu jirriżerva l-mejda li kellhom ibbukjata Graziella u Fallon għall-Għid il-Kbir

  • Apr 21, 2019 17:25
  • Miktub minn iNews
"

    Ristorant fil-Birgu kompla jikkonferma dwar il-valuri tal-poplu Malti u Għawdxi u dan hekk kif għas-sid ta' dan ir-ristorant ir-rispett u l-gratitudni kienu jiġu qabel il-flus.

    Ġest mill-isbaħ hekk kif mejda li kienu rriżervaw iż-żewġ vittmi tal-inċident stradali li seħħ ġimgħa ilu fl-Imġarr, inżemmet vojta iżda intremgħet b'turija ta' rispett lejn il-klijenti li mhux l-ewwel darba li kienu marru jieklu f'dan il-post.

    Graziella u Fallon Mallia kellhom iqattgħu l-Għid il-Kbir fuq din il-mejda, iżda d-destin xtaq mod ieħor. Minkejja dan il-mejda ntremgħet bl-aħjar mod xorta waħda u fuqha poġġew biss xemgħa, bukkett fjuri u skrizzjoni li tfakkar il-memorja tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0