Taljan b'Mandat ta' Arrest Ewropew arrestat f’Malta

  • Apr 21, 2019 16:29
  • Miktub minn iNews
"

    F'operazzjoni msejjħa 'OP RICH' konġunta bejn membri tal- Intelligence u tal-Counter Terrorism Unit, fejn ġie arrestat Taljan ta' 42 sena mis-Swieqi a bażi ta' Mandat ta' Arrest Ewropew.

    It-Taljan li huwa magħruf sewwa fiċ-ċrieki tal-Igaming hawn Malta, ser jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin sabiex jibda l-proċess ta' estradizzjoni.

    L-istess persuna ġie rikjest mill-Awtoritajiet kompetenti Taljani a bazi t'assoċjazzjoni f'organizzazjoni, immaniġjar u kollezzjoni ta' mħatri u flejjes illegali sabiex jiffaċilitaw organizzazjoni mafjusa.

    Mill-bidu tas-sena ġew esegwiti 6 Mandati ta' Arrest Ewropew ġewwa Malta.

    Dawn l-operazzjonijiet huma intiżża sabiex persuni maħruba u mfittxija Internazzjonalment jiġu mgħoddija f'idejn il-ġustizzja u sabiex tkompli dejjem tikber u tissaħaħ il-ġlieda kontra l- organizzazjonijiet kriminali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0