L-Air Malta tiċħad rapporti “spekulattivi”

  • Apr 21, 2019 15:27
  • Miktub minn iNews
"

    L-Air Malta ċaħdet rapporti li sostniet li kienu spekulattivi ħafna ppubblikati f’ġurnal lokali dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha tas-snin 2017/18, u ddikjarat li dawn ir-rapporti kienu intenzjonati b'mod ċar li jimminaw l-isforzi tal-linja tal-ajru u l-impjegati tagħha.

    Il-linja tal-ajru qalet li dawn l-artikli għażlu apposta kwotazzjonijiet mir-rapport sabiex jagħmlu ħsara lill-immaġni tal-Linja tal-Ajru Nazzjonali tagħna. 

    L-Air Malta qalet li għall-kuntrarju ta’ dak li ġie rrappurtat, kemm ir-rapport tad-Direttur, kif ukoll ir-rapport tal-Awditur, inkorporati fl-istess rapporti finanzjarji jenfasizzaw is-sitwazzjoni tal-avjazzjoni kurrenti u futura u kif tista' tolqot il-kumpanija, fiż-żmien meta l-imsemmija rapporti finanzjarji ġew debitament approvati u ffirmati kemm mill-Bord kif ukoll mill-Awdituri esterni.

    Il-Kumpanija temmet id-dikjarazzjoni tagħha billi wriet l-apprezzament tagħha għall-professjonaliżmu u l-integrità kif ukoll il-gwida tal-awdituri esterni tagħha u tirrifjuta bl-iktar mod qawwi l-allegazzjoni li fil-kontijiet verifikati tagħha l-Kumpanija jew l-awdituri tagħha għamlu rikors għal “tekniki ta' kontabilità potenzjalment kreattivi ” jew xorta oħra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0