Imħabbra l-finalisti għall-Players tas-Sena tal-kampjonat Ingliż

  • Apr 21, 2019 13:58
  • Miktub minn iNews
"

    Proprju s-Sibt ġew imħabbra s-sitt finalisti għall-unur tal-Aħjar Player tas-Sena tal-Premier League Ingliż, organizzat mill-Assoċjazzjoni tal-Players Professjonali.

    Fil-veritá, it-taqtiegħa għal dan l-unur hija bejn id-difensur ta’ Liverpool, Virgil van Dijk, u l-attakkant ta’ Manchester City, Raheem Sterling, hekk kif impressjonaw bil-kbir mat-team rispettiv tagħhom.

    Filwaqt Sterling skorja 17-il goal u rreġistra disa’ assists, Van Dijk kien kolonna fil-qalba tad-difiża li żammet 18-il clean sheet minbarra li skorja tliet goals.

    L-erba’ players l-oħra huma Sergio Aguero u Bernardo Silva (Manchester City), Sadio Mane (Liverpool) u Eden Hazard (Chelsea).

    Ir-rebbieħ jitħabbar waqt ċerimonja li se ssir, il-Ħadd, 28 ta’ dan ix-xahar.

    Iż-żewġ players ta’ Manchester City, Sterling u Silva, jinsabu wkoll fil-lista finali tal-Aħjar Player  Żagħugħ tas-Sena. Magħhom hemm id-difensur ta’ Liverpool, Trent Ale­xander-Arnold, il-midfielder ta’ West Ham, Declan Rice, il-winger ta’ Bournemouth,  David Brooks, u l-attakkant ta’ Manchester United, Marcus Rashford. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0