Aġġornat: Iwieġeb mhux ħati... miċħuda t-talba għall-ħelsien mill-arrest

  • Apr 21, 2019 13:49
  • Miktub minn iNews
"

    Aktar kmieni Justin James Grima ta' 24 sena minn Ħal Tarxien tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Simone Grech akkużat bi 12-il akkuża b'dik ewlenija tkun attentat ta' ferita gravi fuq żewġ uffiċjali pubbliċi.

    Il-prosekuzzjoni qalet li lbieraħ il-pulizija nnotaw vettura kollha bit-tinted inkluż il- windscreen. Il-Pulizija waqqfu lis-sewwieq u talbuh  biex isegwihom iżda hu għażel triq oħra. 

    Grima niżżel il-passiġġier li kellu miegħu, għamel u turn u qallu li ma kienx sejjer.

    Fil-Qorti nstema’ kif l-imputat qallu jekk trid ejja warajja inti. Il-Pulizija rnexxielhom jinterċettawh u ordnawlu biex jitfi l-vettura, iżda għal darba oħra l-akkużat naqas milli jikkopera.

    L-uffiċjal prova jitfilu l-vettura iżda dak il-ħin l-imputat ħataf idejn is-Surġent, żammu mal-vettura, rnexielu jistarjtja u qallu "kuġinuwi diġà tajjar wieħed minn tagħkom mhux se niddejjaq intajjar tnejn."

    Il-Pulizija rnexxielhom jitfu l-vettura u damu sakemm joħorġuh minn hemm u arrestawh għax l-imputat kompla jirreżisti. 

    Intqal ukoll li filgħaxija fil-lock up huwa qajjem kommossjoni u saħansitra prova jweġġa’ lilu nnifsu.

    L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Minkejja li saret it-talba għall-ħelsien mill-arrest, il-Qorti ċaħdet din it-talba minħabba n-nuqqas ta' affidibilità tiegħu u ċ-ċirkostanzi tal-każ. Kien għalhekk li l-Qorti ordnat li Grima jibqa' jinżamm arrestat.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Pierguido Saliba u Matthew Galea filwaqt li għall-imputat dehru l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0