Arrestat Malta mal-wasla tiegħu minn Moska... jgħid li l-Visa kien akkwistaha mingħand sieħbu

  • Apr 21, 2019 13:25
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 29 sena minn Sierra Leone, li allegatament instab fil-pussess ta' viża Spanjola falza baqa' jinżamm arrestat wara li ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.

    Bassie Michael ġie arrestat illum, għall-ħabta tat-8.30 a.m., hekk kif wasal f'Malta b'titjira minn Moska, ir-Russja. 

    Michael qal mal-Pulizija li huwa ried li japplika għall-ażil u li ma kienx jaf li l-viża li kellu ma kinitx valida. Huwa spjega li huwa kien akkwistaha mingħand sieħbu. 

    Fil-Qorti ħareġ ukoll li l-permess li huwa kellu biex joqgħod ir-Russja kien skada fil-31 ta' Diċembru li għadda, jiġifieri mill-1 ta' Jannar li għadda sal-lum kien qed joqgħod f'dak il-pajjiż illegalment.

    Huwa wieġeb mhux ħati iżda baqa' jinżamm arrestat fid-dawl tal-fatt li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Hubert Gerada filwaqt li l-imputat kien assistit mill-Avukat tal-għajnuna legali Christopher Chircop.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0