Mixli li darab ħafif lil missieru... il-missier mar l-għassa taż-Żurrieq jirrapporta b'xi dmija f'idejh

  • Apr 21, 2019 12:30
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 25 sena miż-Żurrieq u li jaħdem bħala branch manager fuq proprjetà ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti fejn ġie mixli li darab ħafif lil missieru u kkawżalu biża' li se tintuża vjolenza kontrih.

    Il-Qorti semgħet kif ilbieraħ, għall-ħabta tal-10.30 p.m., missier l-imputat, li kellu xi dmija ma' jdejh, mar l-għassa taż-Żurrieq jirrapporta li kien għadu kif ġie aggredit minn ibnu. Minn hemm ġiet mitkellma l-omm li indikat li binha seta' kien qiegħed ma' nanntu.

    Il-Pulizija marret tfittxu u eventwalment instab fir-residenza ta' nanntu fejn hemmhekk ġie arrestat.

    L-imputat, li ismu mhux qed jixxandar fuq ordni tal-Qorti, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u saret talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.

    Il-Prosekuzzjoni talbet li f'dan l-istadju jinħareġ ordni ta' protezzjoni kif ukoll illi l-imputat ma jibqax joqgħod mal-allegata vittma.

    Min-naħa tagħha d-difiża sostniet li l-imputat mhux se jkun qed jirrisjedi ma' ommu u missieru z-Żurrieq iżda se jmur jgħix ma' nanntu f'Birżebbuġa.

    Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Simone Grech, laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom garanzija personali ta' €3,000.

    Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta' protezzjoni biex l-imputat bl-ebda mod ma jkellem jew javviċina lill-ġenituri tiegħu.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Attard mentri l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia dehru għall-imputat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0