Splużjonijiet fi Sri Lanka: Aktar minn 200 vittma... mal-450 midrubin... tmien persuni arrestati

  • Apr 21, 2019 08:51
  • Miktub minn iNews
"

    Mill-anqas 207 persuna qegħdin ikunu rrapurtati li tilfu ħajjithom u mal-450 persuna oħra ndarbu fi splużjonijiet li seħħew fi knejjes u lukandi fi Sri Lanka. 

    Il-President Maithripala Sirisena fi stqarrija maħruġa minnu talab lill-pubbliku biex iżomm kalm u juri sapport fl-awtoritajiet li jinsabu għaddejjin bl-investigazzjonijiet.

    Il-Prim Ministru Ranil Wickremesinghe ħejja laqgħa b’urġenza fejn ikkundanna dan l-attakk u ħeġġeġ lill-poplu biex jibqa’ maqgħud u b’saħħtu f’dan il-mument tant diffiċli. Huwa żied jgħid li minkejja li s'issa għadu mhux magħruf minn seta' kien wara dan l-attakk mdemmi, mill-anqas tmien persuni ġew arrestati b'rabta ma' dawn l-isplużjonijiet.

    Mill-anqas sitt splużjonijiet laqtu tliet knejjes fi Kochchikade, Negombo u Batticaloa waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid il-Kbir.

    Il-lukandi Shangri La, Cinnamon Grand u Kingsbury kienu wkoll milqutin minn dawn l-isplużjonijiet li seħħew f’waħda mill-akbar festi li timmarka l-kalendarju tar-reliġjon Kristjana.

    Ritratti u filmati li nxterdu fuq is-siti soċjali juru d-diżastru li ħallew dawn l-isplużjonijiet kif ukoll dmija mxerrdin ma’ kullimkien.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0