Ġurnali finanzjarji isegwu intervent ta’ Alfred Sant dwar ċedoli ta’ self kopert

  • Apr 21, 2019 08:32
  • Miktub minn iNews
"

    Ġurnali finanzjarji Ewropej, fosthom ‘Global Capital’, ikkwotaw b’mod estensiv intervent tal-ex Prim Ministru Alfred Sant  li fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew qal li l-kompromess milħuq bejn l-Istituzzjonijiet Ewropej dwar dawn iċ-ċedoli fuq self kopert jevita kull sogru ta’ disturbi fis-swieq nazzjonali fejn jiġu negozjati l-“covered bonds” waqt li jippromwovi qrubija fuq livell Ewropew u jsaħħaħ it-trasparenza u l-ħarsien tal-investituri. Il-Parlament Ewropew approva id-Direttiva tal-“covered bonds”.

    Alfred Sant qal li ma kenitx ħaġa faċli biex jinstab ftehim għax f’kull pajjiż dawn iċ-ċedoli ta’ self żviluppaw b’mod differenti.

    “Huma jikkostitwixxu għodda finanzjarja li matul is-sekli uriet is-siwi tagħha fis-swieq tal-pajjiżi Ewropej. Għalkemm infirxu fil-qafas tas-swieq nazzjonali, il-kummerċ internazzjonali f’dawn iċ-ċedoli għandu importanza.”

    Sant qal li swieq bħal tal-Ġermanja u d-Danimarka, huma mitqiesa bir-raġun bħala vitali għall-investiment. F’pajjiżi oħra, bħal f’Malta, ma jintużaw xejn.

    “Xorta waħda, l-isfida politika biex jitwaqqaf qafas Ewropew għal dawn iċ-ċedoli, li jiġi parti mit-twaqqif ta’ Unjoni Ewropea fis-swieq kapitali kienet din: għandna nlibbsu l-istess żarbun lil kulħadd, kif ta’ spiss tkun it-tentazzjoni meta l-affarijiet jiġu deċiżi fi Strasburgu u Brussell?

    Jew għandna naddottaw mudell li jippermetti t-tkomplija sħiħa ta’ aranġamenti li ddaħħlu b’suċċess fis-swieq nazzjonali?”

    Alfred Sant qal li mill-bidu nett, appoġġa sal-aħħar dit-tieni triq.

    “Ma kellniex għalfejn nibdlu metodi li s-swieq nazzjonali kienu ħaddmu għal għexieren ta’ snin, sekli. U xorta stajna nwaqqfu qafas Ewropew. Dan kellu jimmira biex progressivament, ir-regoli u l-prattiċi fis-swieq nazzjonali joqorbu lejn xulxin.”

    Sant qal li l-kompromess milħuq fid-dokument quddiemna jirrispondi bis-sħiħ għal din l-isfida. Jinkludi ħafna elementi mir-rapport approvat fl-2018 u jikkoreġi l-aspetti li kienu se joħolqu problemi għall-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi.

    “Jien sodisfatt bil-mod kif ilħaqna dawn il-prioritajiet u l-parir tiegħi hu biex dil-Kamra tappoġġja bil-kbir il-proposta li tinsab quddiemna.” temm jgħid Alfred Sant.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0