Kampjonat Premier: Valletta jersqu lejn ir-rebħ tat-titlu

  • Apr 20, 2019 22:37
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Valletta ...........1

    Tarxien R.........0

    Valletta kisbu t-tliet punti li kellhom bżonn minn dan il-konfront biex kabbru l-vantaġġ fil-quċċata għal ħames punti fuq Hibernians, fejn goal ta’ Miguel Angel Alba fl-ewwel taqsima kien biżżejjed għalihom biex jir­bħu t-tliet punti.

    Valletta fetħu sa minn kmieni fuq l-attakk sabiex isibu goal kmieni anke jekk kellhom jistennew sad-29 minuta biex jiżblukkaw ir-riżultat.

    Fontanella kien qrib ħafna li jiftaħ l-iskor wara disa’ minuti meta ttanta xortih minn qagħda tajba imma l-goalkeeper Buhagiar ħareġ tajjeb jagħlaq l-anglu u mblokka t-tentattiv ta’ l-at­takkant Belti.

    L-istess Fontanella rnex­xielu jsib ix-xibka fit-18-il minuta imma l-goal ġie mħassar ġustament għal offside tal-istess player.

    Valletta marru fil-vantaġġ fid-29 minuta meta MIGUEL ANGEL ALBA ttanta xortih bi ġmiel ta’ xutt minn barra l-kaxxa li għeleb għal kollox lil Buhagiar.

    Ftit qabel il-mistrieħ cross tajjeb tal-istess Alba seta’ ġie sfruttat aħjar minn Nwoko jew Fontanella, imma t-tnejn li huma naqsu li jieħdu l-ballun minkejja l-ħarġa ħażina tal-goalkeeper Buhagiar.

    Fit-tieni taqsima Valletta baqgħu superjuri territorjalment imma ftit li xejn kienu effettivi fil-konklużjonijiet tagħhom.

    Min-naħa tagħhom, Tarxien dehru joqogħdu ferm attenti biex ma jsofrux telfa kbira bħalma sofrew fl-ewwel round u ddefendew bil-għaqal filwaqt li ppruvaw joperaw bil-kontrattakki.

    L-aktar li resqu qrib li jkunu perikolużi għal-lasti difiżi minn Henry Bonello kien fil-61 minuta meta Botta dendel ballun minn fuq il-lemin imma Faria xeħet barra bir-ras.

    Fid-69 minuta, free-kick tas-solitu Alba għadda tul il-lasta imma ma sab lil ħadd lest biex jikkonkludi.

    Minuta wara Muscat żmar­ka tajjeb lil Mario Fontanella imma x-xutt tiegħu gie mbluk­kat mill-goalkeeper Buhagiar.

    Fil-ħin miżjud Tarxien kellhom corner li minnu Daniel Zerafa ndirizza lejn il-lasti iżda l-ballun ġie mblukkat mill-goalkeeper Henry Bonello.

    VALLETTA: 1-Henry Bonello, 2-Jonathan Caruana, 5-Ryan Camilleri, 8-Santiago Malano, 14-Kyrian Nwoko, 16-Jean Borg (6-Antonio Monticelli 86), 18-Enmy Pena Beltre, 19-Joseph Zerafa (77-Bogdan Gavrila 69), 24-Rowen Muscat, 27-Miguel Angel Alba, 89-Mario Fontanella (22-Nicholas Pulis 89)  - Coach: Gilbert Agius

    TARXIEN R.: 32-Maverick Buhagiar, 2-Marco Botta, 6-Daniel Zerafa, 8-Matthew Spiteri, 10-Gabriel Aquilina, 15-Luke Grech, 17-Destin Mambouana, 18-Anderson De Barros, 22-Miguel Ciantar (7-Matthew Brincat 89), 23-Ricardo Silva Faria (11-Darren Falzon 86), 28-Alexander Nilsson (14-Andrew Agius 76)  - Coach: Jose Borg

    REFEREE: Stefan Pace

    ASS. REFEREES:Roberto Vella, William Debattista

    RABA’ UFF: Philip Farrugia

    SKORERS:M.A. Alba 29 (V)

    AMMONITI:D. Zerafa, M. Botta, A. De Barros, M. Spiteri (T), H. Bonello (V)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Miguel Angel Alba (Valletta)

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0