Jitwaqqaf fond b’investiment ta’ €120,000 favur il-ħarsien xieraq tal-annimali fil-komunitajiet

  • Apr 20, 2019 20:08
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis ħabbru t-twaqqif ta’ fond b’investiment ta’ €120,000 favur proġetti u inizjattivi relatati mal-ħarsien tal-annimali fil-komunitajiet.

    Is-Segretarju Parlamentari Camilleri tenna li wara li din il-ġimgħa stess il-Parlament ta’ Malta iddiskuta abbozz ta’ liġi li ser jara l-multi kontra l-moħqrija tal-annimali jirduppjaw fuq dawk tal-2014, issa l-Gvern qiegħed iwaqqaf fond sabiex il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu b’mod dirett japplikaw biex fil-lokalità tagħhom stess iwettqu proġetti u inizjattivi favur il-ħarsien tal-annimali.

    Il-fond ser ikun qiegħed jitmexxa minn kumitat imwaqqaf apposta, li fih rappreżentanti mill-qasam tal-ħarsien tal-annimali kif ukoll dawk tal-Kunsilli Lokali. Dan ser ikun qiegħed fil-ġranet li ġejjien jibda jilqa’ għat-talbiet ta’ proġetti u inizjattivi li jistgħu jvarjaw minn proġetti ġodda jew ta’ manutenzjoni għall-dog parks u cat cafes, programmi ta’ neutering għall-annimali stray fil-lokalitajiet kif ukoll diversi programmi ta’ informazzjoni favur il-ħarsien xieraq tal-annimali.

    “Dan il-Fond ser ikompli jgħin b’mod dirett l-annimali din id-darba dawk li qiegħdin fil-komunitajiet fejn apparti li ser inkomplu ninvestu fid-direttorat tal-animal welfare ser inkomplu ngħinu s-santwarji tal-annimali, issa ser inkunu qiegħdin nindirizzaw dawk l-annimali li jinsabu fil-lokalitajiet tagħna fejn ħafna drabi dawn ikunu qiegħdin jingħataw l-attenzjoni meħtieġa mir-residenti tal-istess lokal”, sostna s-Segretarju Parlamentari Camilleri.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis qal li din hija inizjattiva importanti li biha l-Kunsilli Lokali se jgħinu lil dawk l-annimali li għadhom ma sabux kenn. Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li din l-inizjattiva tal-lum, li qed issir anki b’kollaborazzjoni mad-Direttorat għall-Gvern Lokali, se tkun qed ittejjeb il-ħajja ta’ ħafna annimali. Dan imur id f’id mar-Riforma fil-Gvern Lokali għaliex bil-liġi f’kull Kunsill Lokali se jkun hemm kunsillier responsabbli mill-ħarsien tal-annimali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0