“Miljuni għal Notre-Dame, u għalina l-foqra xejn?” … Id-dimostrazzjonijiet tas-sdieri sofor jidħlu fit-23 ġimgħa

  • Apr 20, 2019 19:52
  • Miktub minn iNews
"

    Ġlied bejn dimostranti u l-pulizija kkaratterizzaw it-23 Sibt ta’ dimostrazzjonijiet f’Pariġi tas-sdieri sofor. Dan wara li l-awtoritajiet wissew li l-irvellijiet jistgħu jerġgħu jikkaratterizzaw lill-kapitali Franċiża f’mewġa ġdida ta’ vjolenza.

    Għexieren ta’ dimostranti waddbu ġebel fid-direzzjoni tal-pulizija u taw in-nar lil muturi li kienu pparkjati fiċ-ċentru tal-kapitali.

    Il-pulizija rrispondiet għall-vjolenza billi sparat gass tad-dmugħ u stun grenades. Xi uffiċjali mxew fid-direzzjoni tad-dimostranti bil-għan li jikkontrollaw lill-miġemgħa u jiddirezzjonawhom lejn Place de la Republique, fejn kellhom il-permess għad-dimostrazzjoni.

    Sa kmieni waranofsinhar, l-awtoritajiet kienu diġà arrestaw 110 persuna.

    Id-dimostranti għamlu referenza għan-nirien li nhar it-Tnejn li għadda ħakmu lill-Katidral Notre-Dame, liema nirien wasslu biex numru ta’ familji sinjuri u korporazzjonijiet jagħtu f’donazzjonijiet madwar €1 biljun bil-għan li jkun restawrat.

    “Miljuni għal Notre-Dame, u għalina l-foqra xejn?” bdew jgħajtu d-dimostranti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0