Auto Sales tiċċelebra id-90 Anniversarju

  • Apr 20, 2019 17:36
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kumpanija rinomata Auto Sales din is-sena qiegħda tiċċelebra id-90 anniverarju tagħha. Din il-kumpanija bdiet il-ħidma tagħha  meta Edward Vincent Kind beda jimporta għadd ta’ prodotti fosthom prodotti tal-kożmetika, żraben tan-nisa, oġġetti tad-djar, radios u anke karozzi. 

    Din il-kumpanija kienet topera minn Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta u kienet timporta għadd ta’ prodotti ta’ ditta magħrufin internazzjonalmnt bħal GEC, Max Factor, Bulck u Chevrolet, li kienu ditta Amerikani flimkien mal-British Austin. 

    Wara tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, is-sur Kind kien għamel kuntatt ma’ Daimler Benz fil-Ġermanja tal-Punent u mar-Renault fi Franza.  Fis-sena 1953, it-tifel tiegħu, il-mibki Richard Vincent Kind, xtara l-ishma kollha u beda jmxxi l-Auto Sales.

    Biex tiċċelebra, Auto Sales Ltd, li tifforma parti minn Renmer Group, ħejjiet għadd ta’ attivitajiet għal matul is-sena. 

    Matul din  is-sena il-kumpanija  se tara li parti mid-dħul mill-bejgħ ta’ karozzi se jmorru f’fond speċjali.  L-għan hu li dawn il-fondi  imbagħad jingħataw b’donazzjoni lil xi għaqda non governattiva.  L-għotja se tingħata f’kull kwart tas-sena.

    L-għaqdiet li se jibbenefikaw intgħażlu biex ikopru tlett oqsma - persuni morda jew bi bżonnijiet speċjali, dawk li jippromwovu  it-talent mużikali u dawk li qed jaħdmu biex jippreservaw il-wirt kulturali Malti. 

    B’rabta ma’ dawk li qed jaħdmu biex jipproteġu l-wirt kulturali, Auto Sales Ltd ħallset għar-restawr ta’ ktieb rari u ta’ valur kbir li jinsab fil-Bibjoteka. Auto Sales għamlu ukoll donazzjoni lil BOV Joseph Calleja Foundation. 

    Il-klijenti numerużi ta’ Auto Sales, ukoll se jgawdu minn dan l-anniversarju fejn dawk li se jixtru karozza mingħand il-kumpanija, se jirċievu rigal żgħir bħala apprezzament.

    Bħala parti mid-90 anniversarju, se ssir treasure hunt bejn l-impjegati tal-kumpanija. Apparti dan se jkunu ippremjati impjegati bl-aħjar iniżjattiva u dawk bl-aħjar riżultati.

    Iċ-ċelebazzjoni prinċipali ta’ Kind’s għad-90 anniversarju saret fl-10 ta’ April. Diversi uffiċjali mill-kumpaniji Daimler AG u Renault SA attendew fosthom Vincent Tourette, Managing Director ta’ Renault, Briony Hill, Renault Markts Coordinator, Robertino Renz, Regional Marketing & Sales Manager ta’ Fuso Europ u Kai Hoffman, Daimler Overseas Region Manager. Filgħaxija huma attendew attività mużikali minn Red Electrick  u tar-Renauld Brand Ambassador, Ivan Grech.

    Id-diretturi qed jieħdu din l-opportunità biex jirringrazzjaw lill-impjegati tal-kumpanija, kemm dawk tal-imgħoddi u dawk tal-preżent għas-servizz u d-dedikazzjoni. Huma rringrazzjaw ukoll lill-klijenti u lill-isħab fin-negozju għal fiduċja fil-prodotti u s-servizzi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0