L-eks plejer leġġendarju u President tal-Liberja George Weah ikollu jaħdem mid-dar minħabba sriep fl-uffiċċju presidenzjali

  • Apr 20, 2019 18:49
  • Miktub minn iNews
"

    L-eks plejer leġġendarju u llum President tal-Liberja George Weah qed ikun imġiegħel jaħdem mid-dar tiegħu wara li żewġt isriep instabu fil-binja li tospita l-uffiċċju presidenzjali.

    Is-sriep dejru aktar kmieni din il-ġimgħa ħerġin minn toqba fir-reception tal-binja fil-belt ta’ Monrovia, il-kapitali tal-Liberja.

    Kelliemi għall-Uffiċċju tal-President qal li Weah qed ikollu jaħdem mid-dar sakemm il-binja tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tkun iffumigata.

    L-uffiċċju tal-President ilu sa mill-2006 fil-binja tal-Ministeru wara li nirien kienu qerdu r-residenza presidenzjali.

    Qed ikun rapportat li l-binja tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ilha inqas minn xahar mindu kellha tingħalaq biex tkun fumigata.

    Weah assuma r-rwol tiegħu bħala president tal-Liberja f’Jannar tal-2018, u l-ġurament tal-ħatra tiegħu kien żvolġa fi grawnd tal-futbol.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0