Sitwazzjoni delikata għal Lorenzo Insigne

  • Apr 20, 2019 15:24
  • Miktub minn iNews
"

    Wara l-eliminazzjoni mill-UEFA Europa League li sofrew jumejn ilu kontra Arsenal, l-attakkant ta’ Napoli Lorenzo Insigne xejn m’hu kuntent bis-sitwazzjoni kemm personali kif ukoll tal-club. Insigne xejn m’apprezza s-sostituzzjoni li Carlo Ancelotti iddeċieda waqt din il-partita u ħareġ mill-ground fost it-tisfir tal-partitarji fi Stadio San Paolo.

    Huwa veru li Insigne ħa b’idejn il-kowċ tiegħu iżda l-mod ta’ kif daħal fil-bank tas-sostituti kien jindika li xejn ma kien għal qalbu. Jidher li l-ġimgħa d-dieħla d-diriġenza Naplitana mistenni tiltaqa’ mal-plejer sabiex jiġu ċċarati xi affarijiet iktar u iktar meta ftit tal-ġranet ilu ssemma’ li jista’ jitlaq lil Partenopei.

    Il-player ta’ 27 sena minn dejjem kien ma’ Napoli għalkemm kellu perjodu fejn kien misluf ma’ Cavese, Foggia u Pescara. Huwa lagħab 229 partita ma’ Napoli u skorja 57 gowl.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0