Tama għal tifel li fl-aħħar jegħleb il-marda tal-leukaemia

  • Apr 20, 2019 14:21
  • Miktub minn iNews
"

     

    L-istorja ta' Oscar litteralment għaqqdet lir-Renju Unit, b'eluf jagħtu l-appoġġ tagħhom lit-tifel biex jegħleb lill-marda qerrieda tal-kanċer. U fl-aħħar it-tifel ta' ħames snin ingħata l-aħbar sabiħa li ngħata l-approvazzjoni biex ikun jista’ jagħmel trapjant ta’ ċelloli staminali (stem cells), liema kura taf issalvalu ħajtu.

    Oscar Saxelby-Lee, mir-Renju Unit, kien qed jiffaċċja tellieqa kontra l-ħin meta l-marda tal-leukaemia kompliet tipprogressa b’mod aggressiv.

    Fi żmien il-Milied, it-tobba kienu qalu lill-ġenituri ta’ Oscar, li ċ-ċkejken kien għad baqagħlu tliet xhur biss ċans biex jinstab donatur għaċ-ċelloli staminali.

    Madankollu wara appell li sar mill-ġenituri, aktar minn 10,000 donatur resqu biex jagħmlu testijiet u jaraw jekk humiex kompatibbli għat-trapjant, b'eluf oħrajn jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-ġenituri u lit-tifel.

    Intant ix-xahar li għadda kien tħabbar li kien instab donatur kompatibbli u testijiet li saru din il-ġimgħa jindikaw li ċ-ċkejken ma kellux traċċi ta’ ċelloli kanċerużi fil-mudullun wara li għamel l-kimoterapija. Dan ifisser li issa seta’ jiżvolġi t-trapjant taċ-ċelloli staminali.

    Oscar qed jirċievi l-kura fl-Isptar tat-Tfal ta’ Birmingham, u l-ġenituri tiegħu ħeġġew lin-nies biex ikomplu jmorru jagħtu d-demm hekk kif Oscar għadu jkollu ħtieġa ta’ trasfużjonijiet kuljum.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0