Cacopardo jibqa' favur fast ferry service … Jgħid li “l-Parlament huwa kompliċi fir-rovina ta’ Għawdex”

  • Apr 20, 2019 13:41
  • Miktub minn iNews
"

    Iċ-Ċerpersin ta’ Alternattiva Demokratika u kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Carmel Cacopardo, saħaq li l-approvazzjoni tal-mozzjoni fil-Parlament aktar kmieni din il-ġimgħa favur il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex hi dikjarazzjoni ta’ kompliċità fir-rovina ta’ Għawdex.

    Cacopardo qal dan f’konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-bini tal-Parlament, li huwa indirizza flimkien ma’ Mina Tolu, kandidat ukoll għall-Parlament Ewropew f’isem Alternattiva Demokratika.

    Cacopardo saħaq li l-iskop li tkun iffaċilitata l-mobilità bejn Malta u Għawdex jista’ jintlaħaq faċilment permezz ta’ servizz rapidu bil-baħar (fast ferry service) bejn l-Imġarr Għawdex u diversi partijiet mal-kosta ta’ Malta u dan mingħajr ma jinħolqu impatti ambjentali sostanzjali.

    Żied jgħid li l-impatti ambjentali li se tiġġenera l-mina proposta bejn Malta u Għawdex mhux biss l-iskart tal-kostruzzjoni li jirriżulta mit-tħaffir u li bih ser tinħoloq pjaga oħra ta’ reklamazzjoni ta’ baħar f’lokalitajiet li s’issa għad ma tħabbrux imma. Tenna li l-mina, jekk issir, se żżid sostanzjalment il-moviment ta’ karozzi bejn il-gzejjer u dan kontra dak li jipprovdi l-pjan nazzjonali tat-trasport li jesiġi li l-karozzi fit-toroq jonqsu, mhux jiżdiedu.

    Qal li s-suċċess finanzjarju tal-mina proposta hi dipendenti fuq il-karozzi li jaqsmu bejn il-gżejjer għax id-dħul finanzjarju tal-operaturi tal-mina se jkun dipendenti mill-ħlas li jsir għal kull karozza li taqsam min-naħa għall-oħra, u għaldaqstant huwa fl-interess tal-operaturi li jiżdied it-traffiku.

    “Għandna Parlament li ma jitlifx opportunità biex jipprietka favur il-ħarsien ambjentali, inkluż dwar eko-Għawdex: imma fil-mument tal-prova waqgħu l-maskri, għax il-mozzjoni kienet approvata unanimament,” tenna Cacopardo.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0