“Dan miraklu!” … Għexieren ta' eluf ta' naħal fuq is-saqaf ta' Notre-Dame jeħilsuha min-nirien

  • Apr 20, 2019 12:48
  • Miktub minn iNews
"

    Wara t-traġedja ta’ nhar it-Tnejn li għadda, bil-Katidral ta’ Notre-Dame jinħakem minn nirien qawwijin, ilbieraħ ħarġet l-aħbar li għexieren ta’ eluf ta’ naħal li kienu qed jitrabbew fuq is-saqaf tal-istess katidral irnexxilhom isalvaw ilkoll kemm huma.

    “Dan miraklu,” saħaq Nicolas Geant, ir-raġel ta’ 51 sena responsabbli mit-trobbija tan-naħal, li żied jgħid li minkejja li n-nirien qerdu biċċiet kbar mis=saqaf tal-katidral, in-nirien ma laħqux il-post fejn kienu qed jitrabbew in-naħal.

    Tliet doqqajs (beehives) fuq is-saqaf ta’ Notre Dame jilqgħu fi ħdanhom 60,000 naħla kull wieħed – total ta’ 180,000 naħla.

    In-nirien ta’ nhar it-Tnejn li għadda, li l-investigaturi qed jaħsbu li kien ikkawżat minn ħsara fl-impjant elettriku, ġarraf għal kollox il-kampnar ikoniku u parti sostanzjali mis-saqaf tal-Katidral.

    Intant Geant ma tħalliex jitla’ jara jekk in-naħal li tant huma għal qalbu kinux ħelsuha min-nirien. It-tama li n-naħal irnexxilhom jeħilsuha mit-traġedja huma bbażati fuq ritratti mill-ajru li juru lid-doqqajs intatti.

    Intant nhar il-Ħamis li għadda, Beeopic Apiculture, kumpanija għat-trobbija tan-naħal f’ambjent urban, ippubblikat ritratt fuq Instagram li jikkonferma li n-naħal ta’ Notre-Dame jinsabu qawwijin u sħaħ.

    In-naħa aktarx li baqgħu ħajjin minħabba li d-doqqajs jinsabu madwar 30 metru ’l bogħod mis-saqaf prinċipali fejn in-nirien infirxu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0