Fl-2018 l-FKNK titlaq aktar minn 700 gamiema fis-selvaġġ f’Għawdex

  • Apr 20, 2019 08:00
  • Miktub minn iNews
"

    Permezz tal-proġett “Gamiem – Tnissil fil-Magħluq u Tluq fis-Selvaġġ”, liema proġett tniedna mill-FKNK fl-2017, matul us-sena li għaddiet intelqu aktar minn 700 gamiema fis-selvaġġ f’Għawdex.

    Fi stqarrija l-FKNK qalet li l-gamiema faċilment titnissel f'numri kbar ħafna fil-magħluq u minn bosta dilettanti li jrabbu l-għasafar, iżda l-aktar minn kaċċaturi u nassaba.

    Il-Federazzjoni qalet ukoll li l-proġett “Gamiem – Tnissil fil-Magħluq u Tluq fis-Selvaġġ” huwa wieħed minn bosta li l-FKNK nediet, sabiex malajr kemm jista’ jkun, l-istaġun tradizzjonali tal-kaċċa fir-rebbiegħa tal-gamiem jerġa’ jkun permess. L-għan tal-proġett huwa l-istokkjar mill-ġdid tal-popolazzjoni selvaġġa, li huwa l-uniku kontribut tanġibbli li Malta tista’ tagħmel għall-konservazzjoni ta’ din l-ispeċi fis-selvaġġ.  Barra minn hekk, l-ammont rilaxxat jista' jservi bħala miżura ta' kumpens għall-gamiem li jistgħu jittieħdu mis-selvaġġ fil-gżejjer Maltin. Billi l-gamiem li jintelaq jitrabba fil-magħluq, huma kollha jkunu mmarkati b'mod adegwat biċ-ċrieki qabel ma jinħelsu.

    L-FKNK qalet li t-tluq tal-gamiem għal din is-sena se jkun qed iseħħ f’Ġunju.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0