Malta tiddomina l-volum ta’ negozju fil-qasam tal-blockchain

  • Apr 19, 2019 16:33
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Skont rapporti minn Crypto Compare għal Marzu 2019, l-akbar volum ta’ negozju li sar fis-settur tal-blockchain kien minn exchanges li huma rreġistrati f’Malta. Fil-fatt, ir-rapport jiżvela li kien hemm żieda ta’ 56% minn Frar u Malta kienet fuq nett fis-suq tal-cryptocurrencies. 

    Malta kienet l-ewwel pajjiż li stabbilixxa qafas regolatorju f’dan il-qasam u b’hekk ra exchanges kbar bħal Binance li ttrasferixxu lejn pajjiżna wara li ffaċċjaw problemi minn regolaturi fl-Ażja matul is-sena li għaddiet. 

    Jidher li dan it-trasferiment ta’ Binance kompla ħajjar lil diversi oħrajn li wkoll ġew Malta. Illum il-ġurnata, l-exchanges irreġistrati Malta jinkludu OKex, BitBay, Alpahex u Nebula. 

    Dawn kollha għandhom influwenza tajba fuq is-suq u għenu lil Malta biex tikseb dawn ir-riżultati hekk tajbin. 

    Mir-rapport jirriżulta li wara Malta nsibu lil Hong Kong u l-Korea t’Isfel li wkoll raw żieda sostanzjali fil-volum ta’ 54% u 21% rispettivament. 

    Ir-rapport jinnota li f’Marzu ta’ din is-sena, l-exchanges irreġistrati Malta nnegozjaw mal-$56.1 biljun, filwaqt li dawk f’Hong Kong innegozjaw $53.1 biljun u dawk fil-Korea t’Isfel innegozjaw $40.2 biljun. 

    Jidher li diversi pajjiżi oħra Ewropej baqgħu fil-qiegħ tal-lista meta jiġi għall-volum ta’ negozju fil-cryptocurrencies. Jidher li kienet proprju l-attitudni ta’ Malta lejn il-blockchain u l-cryptocurrencies li wasslet għal dan is-suċċess. 

    Madankollu, kien ukoll importanti li bħala pajjiż li jippromwovi lilu nnifsu bħala l-blockchain island, xorta ħareġ iwissi dwar skemi frodolenti magħrufin bħall-‘get-rich-quick’ u skemi oħra li jipprovaw iqarrqu bin-nies.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0