Ippremjata bl-unur Nazzjonali ‘Wirt Artistiku 2019’

  • Apr 19, 2019 14:42
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba flimkien mal-Għaqda tan-Nar fi ħdanha nhar it-Tlieta, 16 ta’ April ġiet mogħnija bl-unur Wirt Artistiku 2019 mill-Kunsill Malti għall-Arti.  Delegazzjoni mis-Soċjetà Santa Marija komposta mill-President tas-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V Carlo Sciberras u d-Detentur tal-Kamra tan-Nar Santa Marija Josef Camilleri flimien ma membri oħra rċevew dan l-unur waqt is-serata finali tal-Premju għall-Arti li saret ġewwa t-Teatru Manoel fil-prezenza tal-ET Dr. George Vella President ta’ Malta u s-Sinjura tiegħu u li fiħ ġew premjati l-aqwa talenti lokali fl-isfera tal-Arti.

    L-Għaqda tan-nar tas-Soċjetà Santa Marija tal-Imqabba sa mill-bidu tas-seklu 20 kienet diġa stabilixxiet lilha nifisha f’Malta bħala waħda mill-ewlenin għal kwantita u kwalita ta’ nar kif ukoll għall-diversi elementi ġodda li raw il-bidu tagħhom minn ġewwa din l-għaqda. Ta’ min isemmi wkoll li din l-Għaqda introduċiet l-ispettakli tan-nar sinkronizzati mal-mużika f’Malta fis-sena 1997 u sussegwentament kompliet tibrilla f’dawn l-ispettakli fil-Festa Titulari ta’ Santa Marija fl-Imqabba u f’ħafna avvenimenti nazzjonali u nternazzjonali. 

    Dan l-unur jiżdied mal-lista ta’ unuri Nazzjonali u Internazzjonali mirbuħa minn din is-Soċjetà matul is-snin fosthom l-ewwel post fil-Festival Internazzjonali tan-Nar tal-Ajru fil-Port il-Kbir fl-2006, ir-rebħ tal-Kampjonat Dinji tal-Logħob tan-Nar tal-ajru ‘Caput Lucis’ ġewwa Ruma fl-2007, l-ewwel Post fil-Kompetizzjoni Nazzjonali tan-Nar tal-Art Mekkanizzat ġewwa l-Furjana fl-2010. Unuri oħra bħall ma huma l-Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti fl-2013 peremezz ta’ Raddiena Tri Dimensjonali, l-unur ‘Les Etoile d’Or du Jumellage’ mogħti mill-Kummissjoni Ewropeja fl-1998, rebħ darbtejn tal-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepju Ħaj kif ukoll il-premju għall-isbaħ faċċata tal-Każini fi żmienijiet tal-Milied. Dawn l-unuri miġjuba minn din is-Soċjetà huma frott ta ħidma bla waqfien matul is-snin mis soċji u l-partitarji tagħha bil-għan li isem is-soċjetà, L-Imqabba u Malta jkunu dejjem fil-quċċata fl-isfera Artistika u Kulturali. 

    Is-Soċjetà Santa Mariija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba hi Soċjetà dinamika li tiffunzjona s-sena kollha u li flimkien mat-talent pirotekniku li tħaddan, tħaddan ħidma sfieqa fil-qasam kulturali f'diversi forom oħra bħal opri fl-armar, mużika, ċelebrazzjonijiet festivi u diversi attivitajiet kulturali matul is-sena bil-qofol jintlaħaq fil-Festa Titulari ta’ Santa Marija fl-Imqabba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0