''Grazzi ma tiswiex flus imma timla l-qlub''... bosta jirringrazzjaw lil dawk li taw servizz matul il-mixja ta' Puttinu

  • Apr 19, 2019 08:21
  • Miktub minn iNews
"

    "Grazzi ma tiswiex flus imma timla l-qlub. Grazzi lil dawk il-persuni kollha li fl-aħħar sigħat taw servizz lill-pubbliku sabiex jipprovdu sigurtà matul il-mixja ta' Puttinu". Dan kien wieħed mill-kummenti li fl-aħħar sigħat ttellgħu fuq il-midja soċjali bħala ringrazzjament lil ħafna uffiċjali u voluntiera li dal-lejl kienu impenjati fil-mixja ta' Puttinu.

    Mijiet ta' persuni nġabru fil-Mellieħa biex man-nofsiegħa ta' dalgħodu bdew triqithom lejn il-Furjana fejn fost l-oħrajn kellek min telaq bil-pass, min jiġri u ħaddieħor bir-rota. 

    M'għandniex xi ngħidu folla bħal dik ma setgħetx titlaq mill-Mellieħa qabel bosta uffiċjali kienu mqassmin kull tant metri, kemm pulizija, infermieri u ambulanzi u oħrajn li kienu lesti biex jintervjenu f'każijiet ta' emerġenza.

    Minbarra dawn kien hemm voluntiera oħrajn li tqiesu importanti wkoll f'din is-16-il edizzjoni tal-mixja u li minkejja li ma kellhomx kontribut fis-sigurtà tal-parteċipanti kienu rringrazzjati tal-ilma, frott, u xarbiet sħan li qassmu lill-istess parteċipanti. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0