RAPPORTI: Ir-Russja titlob biex bastiment militari fi triqtu lejn il-Venezwela jidħol f'pajjiżna

  • Apr 18, 2019 15:49
  • Miktub minn iNews

     

    Ir-Russja rtirat talba biex bastiment tal-gwerra li jinsab fi triqtu lejn il-Venezwela jidħol f’port f’pajjiżna. Kienet il-midja Amerikana li żvelat dan, bir-rapporti jisħqu li Malta kellha l-intenzjoni li tiċħad il-permess lill-bastiment Russu.

    L-aġenzija tal-aħbarijiet BuzzFeed irrapportat ukoll li uffiċjali diplomatiċi Russi kienu qed jipprovaw jixtru tagħmir militari minn pajjiżna biex jitgħabbew fuq il-vapur.

    Il-midja Amerikana qalet li l-Ministeru Russu għall-Affarijiet Barranin u l-ambaxxata Russa f’Malta naqsu milli jirrispondu għal mistoqsijiet li ntbagħtulhom.

    Dan l-iżvilupp seħħ jiem biss wara rapporti li Malta ċaħdet permess lir-Russja biex tuża l-ispazju tal-ajru tagħha biex ajruplani militari tagħha stazzjonati fis-Sirja jgħaddu minnu fi triqithom lejn il-kapitali tal-Venezwela, Caracas. Il-Venezwela attwalment qed tesperjenza kaos politiku u dimostrazzjonijiet kbar mill-poplu fil-konfront tal-awtoritajiet.

    Il-bastiment militari li l-midja Amerikana qed tisħaq li ntalab permess għalih biex jidħol f’pajjiżna huwa is-Severomorsk, li huwa twil 163 metru u għandu ekwipaġġ ta’ 403 persuna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0