Bżonn ta' tibdiliet bażiċi

  • Ġun 11, 2013 13:37
  • Miktub minn Marlene Farrugia

    L-ewwel ġimgħa: Il-ferħ, ir-rebħ tat-tama fuq ir-rassenjazzjoni li kollox jibqa' kif inhu.

    It-tieni ġimgħa: 'Disbelief'. Il-PL jaf li rebaħ b' maġġorranza kbira iżda għadu mhux jemmen li l-Gvern f'idejh wara kważi 25 sena minn meta żamm gvern għal leġislatura sħiħa.

    Il-ħatra tal-Kabinett il-ġdid tibda' biex ddaħħal f'moħħ in-nies li iva, il-bidla saret. Il-PM għażel li jħallat l-esperjenza mal-uċuh friski u ġodda fit-tmexxija.

    In-nisa jibqgħu ftit wisq fil-Kabinett. Dan ma jawgurax tajjeb jekk tassew irridu ndaħħlu l-perspettiva femminili prattika fil-livell eżekuttiv f' dan il-pajjiż.

    Il-Ministeri jibdew ifittxu li jfasslu surithom. Diversi personaġġi jingħataw karigi għolja fil-ministeri. Bosta minnhom jibdew jindunaw li ma jafux għalxiex daħlu.

    Kont nistenna li l-ogħla uffiċjali jinżammu fuq mitt ġurnata prova qabel ma jiġi ffirmat kull kuntratt. Min minnhom juri nuqqas ta' kompetenza jew diffikultà biex jistabilixxi relazzjoni meqjusa mal-poter, kellu jew għandu jitneħħa minn kmieni.

    F' bosta ministeri ninnota li t-tim maħtur għadu mhux tim sal-lum. L-aktar aspett importanti fit-tmexxija li t-tim jitrawwem, jiffunzjona flimkien f'armonija pemezz ta' laqgħat regolari u spiss bejniethom mal-ministru tagħhom. Għadu mhux jingħata importanza, ħlief mill-Prim Ministru, li l-Kabinett u grupp parlamentari jiltaqgħu regolari.

    Hekk kif il-ministeri, li mhux talli ma ngħatawx over iżda sabu skeletri fuqhiex ilaħħmu, jibdew isibu saqajhom, jibda' barage enormi ta' lmenti u talbiet minn poplu li rxuxtatlu t-tama l-kampanja pożittiva li rebħitu.

    Jiġri li diversi ministeri jinqabdu fit-trappola li jippruvaw isolvu dawn l-ilmenti qabel ma jaqbdu minn qrunha l-problema tas-sistema jew sistemi li wasslu ghal dawn l-ilmenti.

    Il-kultura ta' management by crisis li kkaratterizza l-biċċa l-kbira tal-leġislatura ta' Gonzi PN, għadu qed jissielet magħha l-Gvern ta' Muscat.

    Jinħatru l-bordijiet u s-CEO's li se jmexxu diversi istituzzjonijiet kruċjali fil-pajjiż. Għal darb’oħra n-nisa donnhom ma jeżistux, u allura jibqa' jintbgħat il-messaġġ falz li n-nisa mhux tajbin f'pożizzjonijiet ta' tmexxija!

    Id-defiċit demokratiku f'dan ir-rigward perpetrat mill-gvern ta' qabel jidher li se jikkaratterizza din il-leġislatura wkoll.

    M'iniex se nidħol fid-dettal ministeru b'ministeru, għax intawwal wisq. Però jidher ċar li sa issa qed tingħata aktar importanza biex jinżamm il-poplu mans billi nżoqquh b' xi pjaċir personali milli biex isir l-overhaul bażiku li hemm bżonn fil-mod kif nagħmlu l-affarijiet.

    Ta' konsolazzjoni huwa l-fatt li ntalbu diversi rapporti u studji ta' sitwazzjonijiet li ilhom isewsu s-sistemi li bihom jimxi dan il-pajjiż.

    Is-suċċess ta' dan il-Gvern se jiddependi fuq kemm jimplimenta dawn it-tibdiliet bażiċi malajr minflok jintilef fuq miżuri superficjali u kosmetiċi li jiswew il-flus iżda ma jagħtux riżultati fit-tul.

    Jekk tmur b'darsa tuġgħek għand id-dentist, dentist tajjeb jistabilixxi l-kawża tal-uġigħ u jikkura jew ineħħi dik il-kawża. Mhux jagħtik mediċina tal-uġigħ mingħajr ma jfejjqek tassew.

    Forsi sakemm jikkurak sew tweġġa’ xi ftit, imma wara tkun imfejjaq ta' veru u tkun tista' tgħix aħjar!

    Pożittiv u negattiv

    L-aktar ħaġa li dejqitni sa issa hija tal-Karnival tliet darbiet f'sena għaliex jidher li min qed imexxu dan is-settur ma jafx xi tfisser 'carnevale' , għaliex jissejjaħ hekk u n-nisġa kruċjali li għandha din il-festa mal-kalendarju reliġjuż tagħna!

    Dejqitni ħafna d-dikjarazzjoni b'intenzjoni tajba iżda diskriminatorja għall-aħħar tal-Ministru Helena Dalli, li trid tagħti sena mentoring għal nisa biex jidħlu f' kariga ta' tmexxija! Donnhom l-irġiel awtomatikament ppreparati u aħna speċi għandna bżonn il-mentoring forsi naslu! B'rabta mal-istess Ministru, irrid ngħid li apprezzajt ferm il-pass li ħadet biex twaqqaf kuntratt, li kien se jingħata,għax kien prekarju.

    L-aħjar pass sa issa huwa tal-Ministru Chris Cardona dwar il-Permanent Residence Scheme, li qed tagħti riżultati as we speak.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 12

  •  
    anonimu
    Ġun 17, 2013

    Well done Onor Marlene. Kliem ta sustanza , imlahham u li jaghti direzzjoni. Nahseb li huwa minnu dak li qalet Marlene li dawk in-niex appuntati li hasbu li lahqu l-ahhar tad-dinja u li l-p

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 17, 2013

    Hawn min irid jimponi ujindahal fejn ma jesghux. L-ghar fil-politika meta politikant li jun fil-poter ikun hemm mara li tindahal u tiddetta. L-esperjenza urietna dan,

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 21, 2013

    Wara 100 gutnata, XEJN tangibli, hlief transfers u rewards lill-tal-klikka u t-turncoats! highlight, il kuntratt ma kumpanija ciniza blacklisted mill World Bank!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 21, 2013

    Hemm hafna punti validi li semmiet Marlene.Nibda biex insemmi l-ministeru li qieghed imexxi ir-ragel taghha.Jien cert li Godfrey qieghed jaghmel l-almu tieghu biex is-servizz tas-sahha jigu fuq saqajh imma jiddispjacini ghandu hafna tfixkil li jrid inehh

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 21, 2013

    proset marlene keep it up

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 21, 2013

    Analizi tajba. Cikku miskin ghadu ma tfarfarx ghal kollox ... hasra li l-Labour ma qassamx l-ixkupilji b'xejn.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 22, 2013

    x'hin taqrah tahsbek qed taqra kritika gejja mill-oppozizzjoni... analizi brillanti li turi li wara kollox u wara hafna paroli zejda u buzz words ta' roadmap u mhux roa

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 22, 2013

    Sewwa qeda tghid Marlene. Imma issa ghidli hux

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 23, 2013

    Marlene Farrugia ahjar tara l-fatti minflok tikteb bl-addocc. Il-programm ta' mentoring li hi qed tghid diskriminatorju m'huwiex xi haga tal-Ministru Dalli, imma programm tal-Unjoni Ewropeja li qed timplimentah l-NCPE.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 24, 2013

    Marlene,jidher li ghadek ma tajtx risposta lil Jerry.Forsi ghax li qal verita?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 26, 2013

    lil jerry nixtieq nighdlek lanqas jien ma hadt risposta minghand Marlene .Forsi ghax ma deherx il-kumment tieghi ta jiem ilu?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 23, 2014

    Kompli bhala dentista ghax sa hemm taf il bqija prova italem ftit politika . Madoff zewg irgiel kellek fil politika u ma taliemt xejn ! Get a life

    Irrispondi