F'Salib it-Toroq jixxandar b'mod normali llejla

  • Ġun 11, 2013 13:19
  • Miktub minn

    Id-drama Salib it-Toroq illejla se tixxandar b’mod normali llejla.

    Ikkonferma dan ma’ inewsmalta.com kelliem għall-kumpanija 26th Frame li spjega wkoll kif id-diskussjonijiet ma’ Television Malta baqgħu għaddejin sal-bieraħ filgħaxija.

    Diżgwid dwar dan il-programm qam fl-aħħar jiem minħabba kumment li għadda l-Kap ta’ Drama tal-PBS Frederick Testa. Testa għamel kummenti dwar karattru (ta’ Karmelina), li kienu interpretati bħala kritika għad-drama. Kummenti li dwarhom talab skuża b’mod immedjat.

    F’kummenti mal-midja kelliem għal 26th Frame kien tefa’ dubju dwar kemm jagħmel sens li d-drama tkompli wara dawn il-kummenti.

    Iżda, issa l-kelliem tal-kumpanija qal li ntlaħaq ftehim li d-diriġenti ta’ Television Malta jagħmlu dikjarazzjoni fuq il-paġna tal-Facebook li dak li qal Testa kien biss opinjoni tiegħu u mhux tal-istazzjon. “Għalina ma kienx jagħmel sens li l-istazzjon ikun qisu qiegħed jikkritika pubblikament produzzjoni li jxandar hu stess,” qal il-kelliem ta’ 26th Frame.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook