“Qatt m’aħna se nerġgħu lura għal li konna” … Koppja Brittanika titlef liż-żewġ uliedha fi żmien 24 jum

  • Apr 16, 2019 13:59
  • Miktub minn iNews
"

    Fi storja ta' qsim il-qalb, koppja Ingliża sofriet it-telf taż-żewġ uliedha f’inqas minn xahar. Iż-żewġt itfal – tarbija tat-twelid u tifel ta’ tliet snin – mietu kaġun ta’ diżordni ċerebrali li twieldu biha. Charlie u Sharon Corcorah, it-tnejn li huma fuq l-20 sena u joqogħdu Londra, sofrew il-mewt taż-żewġt itfal tagħhom matul is-sajf li għadda, fi żmien 24 jum mill-ieħor.

    Kemm Charlie, ta’ tliet snin, u kif ukoll Noah, tarbija tat-twelid, kienu qed ibatu mill-polymicrogyria, kundizzjoni li ma tippermettix lil moħħ it-tarbija tiżviluppa fil-ġuf.

    Charlie f’intervista ma’ ġurnal Brittaniku ddeskriva s-sitwazzjoni devastanti li kellhom jiffaċċjaw hu u martu, u saħaq li minkejja l-avvanzi fil-qasam mediku l-koppja xorta waħda ma tafx jekk tfal oħrajn fil-futur ikunux qed isofru wkoll mill-istess kundizzjoni.

    Noah miet ftit sigħat biss wara li twieled nhar il-11 ta’ Ġunju li għadda, bit-tobba jiskopru li huwa kien qed ibatu kemm minn polymicrogyria u minn problemi f’qalbu.

    In-niket għall-koppja kompla jiżdied hekk kif fl-4 ta’ Lulju li għadda, binhom il-kbir Charlie wkoll miet wara li kien ilu jbati mit-twelid tiegħu b’din il-kundizzjoni qattiela.

    Fl-intervista, Sharon saħqet li attwalment huwa diffiċli ferm għalihom biex jaħsbu biex jerġgħu jipprovaw ikunu ġenituri mill-ġdid. “Qatt m’aħna se nerġgħu lura għal li konna. Iżda jeħtieġ li nkomplu niġġieldu għalihom,” hija tenniet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0