L-istruttura ta' Notre-Dame tinsab intatta … L-ebda tagħrif dwar il-kundizzjoni tal-orgni maestuż u r-'Rose Windows'

  • Apr 16, 2019 11:49
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif bdew ħerġin l-ewwel ritratti tal-ħsara li saret minn ġewwa lill-Katidral ta’ Notre Dame wara n-nirien qawwijin li ħakmuh matul il-jum tal-bieraħ, l-awtoritajiet Franċiżi qed jisħqu li l-istruttura nfisha tal-Katidral għadha sigura.

    In-nirien tal-bieraħ qerdu s-saqaf tal-Katidral li nbena 856 sena ilu u li huwa meqjus bħala wirt storiku tal-UNESCO. Fin-nirien inqered ukoll il-kampnar fuq stil Gotiku.

    Madankollu r-reazzjoni tal-ewwel nies li daħlu f’Notre-Dame wara n-nirien kienu pożittivi, hekk kif saħqu li wħud mill-istrutturi tal-knisja li kienu maħsubin li nqerdu fin-nirien kienu għadhom intatti.

    Filwaqt li l-Kuruna Qaddisa tax-Xewk u lbies qaddis tar-Re Franċiż Louis tas-seklu 13 irnexxilhom jipu salvati min-nirien, għad m’hemm l-ebda tagħrif dwar l-orgni maestuż li kien għadu kemm jiġi restawrat u l-ħġieġ ikoniku tal-istained glass, magħrufin bħala 'Rose Windows' tal-Katidral.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0