Il-Pulizija għall-kontra l-irvell jidħlu fi Pjazza Taksim

  • Ġun 11, 2013 08:51
  • Miktub minn
"

    Il-Pulizija ta' kontra l-irvell fit-Turkija daħlu fi pjazza Taksim f'Istanbul, pjazza li għal dawn l-aħħar ħmistax kienet okkupata minn demostranti kontra l-gvern.

    L-uffiċjali tal-Pulizija sparaw il-gass tad-dmugħ u balal tal-lasktu li wassal biex ħafna min-nies li kienu qed jipprotestaw ħarbu mill-pjazza għal Gezi Park li jinsab eżatt biswit il-pjazza, fejn ħafna mid-demostranti kienu qed jikkampjaw.

    Uħud mill-attivisti rreaġixew billi wadbu logħob tan-nar, bombi tan-nar u anke ġebel lejn il-pulizija.

    Il-protesti bdew bħala protesti ambjentali kontra żvilupp f'Gezi Park fil-31 ta' Mejju. Fi ftit ħin il-protesti baqgħu jikbru bid-demostranti jakkużaw il-gvern ta' Erdogan li qiegħed isir dejjem aktar awtoritarju u li qiegħed jimprova jimponi l-valuri Islamiċi fuq stat sekulari.

    B'warajhom bil-karozzi armati u libsin bil-helmets u b'idejhom it-tarki, il-pulizija ta' kontra l-irvell iċċirkondaw Pjazza Taksim kmieni dalgħodu. Huma qaċċtu banners li kienu mdendla ma' bini jħares lejn il-pjazza.

    Jidher li din il-mossa se tappan it-taħditiet li għada għandhom isiru bejn l-organizzaturi tal-protesti u l-Prim Ministru Erdogan.

    Il-protesti s'issa daħlu fit-12-il jum tagħhom. S'issa diġà mietu tliet persuni, filwaqt li tal-inqas 5,000 sfaw midruba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0