Format ġdida għad-49 edizzjoni tal-Pageant tal-Marsa

  • Apr 12, 2019 09:53
  • Miktub minn iNews
"

    Jieħdu sehem aktar mnn 300 parteċipant…

    Il-Pageant Group ‘Marija Reġina’  se jerġa’ jfakkar b’mod l-aktar ħaj il-ġrajja tal-fidwa tal-bniedem. Din is-sena, għad-49 edizzjoni ta’ din ir-rappreżentazzjoni fit-toroq Marsin nhar Ħadd il-Palm - 14 ta’ April - li fiha jieħdu sehem madwar 300 persuna ta’ etajiet differenti, ittieħed ħsieb li jkun introdott format ġdid u oriġinali. 

    Il-pageant, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Tiziana Calleja, jibda fil-5.30 p.m.bis-solita parata tas-suldati Rumani sal-knisja parrokkjali segwieta bil-kundanna għall-mewt ta’ Kristu, bi skript innovattiv ta’ Ġorġ Persso, fit-triq ta’ quddiem il-knisja fejn għall-kumdità tal-pubbliku se jerġa’ jkun hemm siġġijiet għal min jixtieq. Wara jkomplu ħerġin il-personaġġi bibbliċi mill-antik u l-ġdid testment, sakemm joħroġ Kristu flimkien ma’ ommu Marija u l-appostli.  Ikun hawn li f’xena ġdida, Ġesu se jidher  jagħmel l-ewwel miraklu tiegħu, dak tat-tieġ ta’ Kana.

    Innovazzjonijiet oħra li se jkunu introdotti din is-sena jinkludu li matul it-triq, Kristu se jkun qed jgħid it-talba sabiħa tal-Missierna mal-pubbliku preżenti, isir it-tħaġġir tal-Madalena u l-miraklu tal-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, u nassistu għat-tradiment ta’ Kristu. Ftit qabel id-dħul, li din id-darba se jsir fil-knisja, isir it-tradiment ta’ Kristu u jiġi arrestat sakemm, wara li jidħol kull personaġġ lura fil-knisja, jingħata bidu għar-rappreżentazzjoni tat-tisliba li se ssir fil-fetħa ta‘ quddiem il-Kunvent tal-Patrijiet, fi Triq Azzopardi.

    Bħal fis-snin l-imgħoddija, sejrin jieħdu sehem il-baned taż-żewġ soċjetajiet mużikali Marsin - Marija Reġina u Trinità Qaddisa - li flimkien idoqqu marċi funebri. Sehem importanti ieħor huwa dak tal-Banda Rumana u l-iScouts Group tal-Marsa.

    Anke t-Tisliba se tkun innovattiva b’xeni differenti u oriġinali minn dawk li mdorrijin bihom, b’mużika oriġinali ta’ Abigail Brown, proġettazzjoni ta’ Roderick Dalli. Hawnhekk il-kitba u d-direzzjoni artistika se tkun ta’ Tiziana Calleja.

    Din is-sena timmarka wkoll it-30 Anniversarju minn meta l-Pageant Group beda jtella’ l-Wirja Artistika ta’ xogħol maħdum b’melħ ikkulurit fi kwadri u platti li kienet inbdiet fl-1989 minn Mario Bonnici.  Ix-xogħlijiet esebiti din is-sena huma maħdumin minn Fra Charlie u għadd ta’ żgħażagħ dilettanti.

    Il-wirja, bl-isem ta’ In Via Ad Calvarium, se tkun miftuħa mill-Ħamis, 11 sa Sibt il-Għid, 20 ta’ April, mis-6.00 sal-10.00p.m. F’Ħamis ix-Xirka tiftaħ mid-9.00 a.m. sa 12.00 p.m. u mis-6.00 p.m. sa 12.00 a.m., kif ukoll nhar il-Ġimgħa l-Kbira, mit-8.00 a.m. sal-4.00 p.m. Il-wirja se tkun magħluqa biss nhar it-Tnejn, 15 ta’ April.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0