Votant irreġistrat Għawdex u tixtieq tiġbir il-vot minn Malta, jew viċi versa? Mela għandek issegwi din il-proċedura.

  • Apr 12, 2019 09:48
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li huma rreġistrati Għawdex u jixtiequ li jiġbru d-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom minn Malta u, viċe versa, minn votanti li huma rreġistrati Malta u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Għawdex li għandhom jagħmlu t-talba bil-miktub tagħhom malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mis-6.00 p.m. tal-Ħamis, 23 ta' Mejju, 2019.

    Importanti ħafna li t-talba ssir fuq bażi personali jew permezz ta’ email fuq maltagozo.electoral@gov.mt jew permezz ta’ formola, liema formola tista’ tintbagħat jew b’mod personali jew permezz ta’ email.

    Id-dokumenti f’Malta jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk f’Għawdex mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità fir-Rabat, Għawdex. Id-dati tal-ġbir ikunu mill-20 sat-23 ta’ Mejju, 2019 u dan isir personali mill-votant billi juri l-karta tal-identità jew tar-residenza tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0