Għexieren imutu hekk kif il-ġlied fi Tripli jintensifika

  • Apr 12, 2019 07:21
  • Miktub minn iNews
"

    Mill-inqas 56 persuna nqatlu f’sitt ijiem ta’ ġlied fil-viċinanzi tal-kapitali Libjana Tripli. Dan kien ikkonfermat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tan-Nazzjonijiet Uniti (WHO), bl-organizzazzjoni twissi dwar il-konsegwenzi ta’ kunflitt fit-tul.

    Fi stqarrija, il-WHO qalet li fost il-vittmi kien hemm xufier ta’ ambulanza u żewġ tobba. Fl-istqarrija ma speċifikatx jekk kienx hemm aktar persuni ċivili fost il-vittmi.

    Il-ġlied ħalla wkoll mill-inqas 266 persuna midrubin.

    Il-ġimgħa li għaddiet, il-ġeneral Khalifa Haftar, il-kmandnat tal-Armata Nazzjonali Libjana, ordna lill-qawwiet immexxijin minnu biex jieħdu l-kontroll ta’ Tripli mill-Gvern ta’ Qbil Nazzjonali li għandu l-appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti.

    Minn dakinhar il-ġlied żvolġa fiż-żoni tan-Nofsinhar tal-kapitali Libjana, b’eluf ta’ persuni jkollhom jaħarbu mill-kenn ta’ djarhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0