Madwar 30% tal-Maltin juru x-xewqa li jiġu kkremati flok jindifnu

  • Apr 11, 2019 20:20
  • Miktub minn iNews
"

    Minn studju li sar fost il-Maltin jirriżulta li madwar 30% jifhmu jew inkella qed juru x-xewqa li jiġu kkremati minflok jindifnu.

    Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-Parlament hekk kif ingħata bidu għad-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ liġi li se jillegalizza u jirregola s-servizzi tal-kremazzjoni f’pajjiżna.

    Fid-diskors tiegħu, l-Ministru Fearne spjega kif din il-liġi se tkun qegħda tagħmel il-qafas regolatorju ta’ kif issir il-kremazzjoni f’Malta.

    Huwa qal li biex issir il-kremazzjoni jrid ikun hemm post adattat u allura din il-liġi tagħmel il-qafas regolatorju/legali ta’ kif wieħed irid japplika biex ikun jista’ jagħmel krematorju, x’għandu bżonn biex ikun konformi mal-liġi u x’inhuma r-rekwiżiti biex wieħed jakkwista liċenzja għal krematorju.

    Il-Ministru Fearne rrefera wkoll għat-twaqqif ta’ reġistru nazzjonali għall-kremazzjoni li permezz tiegħu kull persuna se tkun tista’ tirreġistra x-xewqa tagħha li wara mewta tiġi kkremata iżda wkoll x’tixtieq li jiġri mill-fdalijiet.

    Min-naħa tagħha, id-Deputat Parlamentari Rosianne Cutajar semmiet kif permezz tal-kremazzjoni, se tkun qed tiġi offruta alternattiva dinjituża għal min ma jħossx li ċ-ċerimonja tad-dfin attwali ma tirrapreżentahx b’mod attwali.

    Hija żiedet tgħid li l-kremazzjoni tagħti l-opportunità li żżomm rekordju tal-għeżież tiegħek, li l-irmied ikunu mferrxin jew jinżammu f’urna. “Hemm metodi ġodda kif tiddisponi mill-irmied pereżempju li tista’ żżommhom f’xi tip ta’ ġiżirana,” qalet Cutajar.”

    Dwar l-abbozz, Cutajar qalet li s-Supretendenza għas-Saħħa Pubblika se jkollha l-inkarigu li toħroġ liċenzji u teżamina l-applikazzjoni għal ftuħ ta’ krematorji kif ukoll tispezzjona dawk il-krematorji li jkunu qegħdin joperaw b’mod regolari minn tal-inqas darba f’sena. Bħala awtorità se jkollhom ukoll is-setgħa importanti li jieħdu kull azzjoni f’każ li l-kundizzjoni tal-liċenzja u l-istandards ma jiġux imħarsa inkluż ir-revoka jew is-sospensjoni tal-liċenzja maħruġa.

    Cutajar qalet li f’każ li persuna tikser id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-abbozz qed ikun propost żewġ livelli ta’ pieni. L-ogħla piena tkun għal dawk li jħaddmu krematorju mingħajr liċenzja - ħabs ta’ mhux inqas minn sentejn u mhux aktar minn ħames snin u multa ta’ mhux anqas minn €10,000 u mhux iktar minn €30,000. It-tieni livell ta’ multi, dak li jirrigwardja ksur ieħor, wieħed jista’ jeħel priġunerija ta’ mhux iżjed minn sitt xhur u multa ta’ mhux inqas minn €5,000 u mhux iktar minn €15,000.

    Dwar it-tifrix tal-irmied, l-abbozz jgħid li dan jista’ jsir fil-baħar, mhux portijiet jew bajjiet li fihom jgħumu n-nies, jista’ jsir ukoll minn fuq ajruplan, jew f’residenza privata fost oħrajn. Apparti hekk, mhux se jkun permessibbli tifrix ta’ rmied f’żoni pubbliċi.

    Hija qalet ukoll li urna ssiġillata tista’ tinżamm f’residenza privata, tista’ tkun midfuna fil-qabar u anke fil-baħar.

    Id-Deputat Parlamentari Cutajar qalet ukoll li l-età minima biex persuna tirreġistra x-xewqa tagħha li tiġi kkremata hija ta’ 16-il sena. “Żagħżugħ/a ta’ 16-il sena jista’ jiddeċiedi wkoll fuq ħaddieħor kemm-il darba dik il-persuna tiġi nieqsa ma tesprimix ix-xewqa li tiġi kkremata. Dan hu vot ieħor ta’ fiduċja fiż-żgħażagħ tagħna.”

    Hija qalet ukoll li mhux possibbli li urna tinbiegħ jew li jsir irkant tagħha u persuna li tkun diġà indifnet tista’ tiġi eżumata u ssir il-kremazzjoni. Omm tqila li tkun mietet bit-tarbija fil-ġuf, jew li twelled u jmutu t-tnejn se jkunu jistgħu jiġu kkremati flimkien.

    Id-Deputat Nazzjonalista Maria Deguara esprimiet ruħha favur l-introduzzjoni tal-kremazzjoni għax qalet li temmen li kulħadd għandu dritt jagħmel għażliet ħielsa. Qalet ukoll li l-abbozz jieħu konsiderazzjoni l-ispazju limitat ta’ pajjiżna u biex ikun hemm l-inqas impatt possibbli fuq l-ambjent.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0