Tinstab mejta fil-kamra tal-lukanda wara li logħba sesswali tmur żmerċ

  • Apr 11, 2019 17:30
  • Miktub minn iNews
"

    Anna Florence Reed, tfajla Ingliżi ta’ 22 sena, instabet mejta fil-kamra tal-lukanda tagħha wara li logħba sesswali mal-għarus tagħha marret żmerċ. Xi residenti li kienu qed joqogħdu fil-lukanda qalu lill-investigazzjoni li matul il-lejl semgħu lil Reed tgħajjat għajjat li jtarrax, liema għajjat kien ġej mill-kamra tagħha u tal-għarus. Anna Florence Reed instabet mejta għall-ħabta tas-sebgħa ta' filgħodu.

    Il-lukanda, Ramada La Palma au Lac, li fiha nstabet Reed tinsab viċin Lake Maggiore, f’Locarno, fl-Isvizzera.

    L-għarus tagħha, Ġermaniż ta’ 29 sena, qal lill-pulizija li l-mewt tagħha kien ikkawżat minn logħba sesswali li ma marritx kif ippjanat. L-għarus spiċċa arrestat u se jkun akkużat b’omiċidju intenzjonat, akkuża li ġġorr magħha piena ftit inqas minn dik ta’ qtil.

    Skont l-awtopsja, Reed mietet minn soffokazzjoni u asfissija. Jidher li t-tfajla sofriet xi ksur zgħir u kellha xi ġrieħi fuq ġisimha.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0