''Aħna nemmnu li n-negozji ma jistgħux jirnexxu sakemm is-soċjetà ta’ madwarhom ma tirnexxix ukoll''

  • Apr 11, 2019 16:55
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Suq Tal-Belt, b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u l-iskola Primarja San Ġorġ Preca Valletta,  organizzaw avveniment ta' dekorazzjoni tal-figolli li fih ipparteċipaw 130 student li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 5 sa 10 snin.

    “Aħna kuntenti ħafna li stajna nospitaw dan il-grupp ta’ tfal meraviljuż fis-Suq Tal-Belt u naqsmu din l-esperjenza ferrieħa magħhom. Aħna nemmnu lin-negozji ma jistgħux jirnexxu sakemm is-soċjetà ta’ madwarhom ma tirnexxix ukoll.  F'dan ir-rigward bdejna kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u ser nibdew nospitaw avvenimenti mmirati biex itejbu l-benesseri tal-komunità fil-Belt Valletta'' qalet Maria Micallef CEO ta’ Arkadia Marketing Ltd.

    “Jien nemmen li l-komunità kummerċjali fil-Belt Valletta hija sieħba importanti tal-lokalità u tar-residenti tagħna. Fuq kollox nemmen li l-istess komunità kummerċjali għandha tfittex li trodd lura lis-soċjetà Beltija, b'inizjattivi pożittivi għar-residenti Beltin.  Kien għalhekk li fil-ġimgħat li għaddew kelli laqgħa pożittiva mas-Sinjura Maria Micallef, il-Kap Eżekuttiv ta' ARKADIA Marketing Ltd, l-istess kumpanija li tmexxi s-Suq tal-Belt, u mat-tmexxija tas-Suq, sabiex naraw kif nistgħu naħdmu flimkien biex jitfassal programm ta’ responsabilità soċjali korporativa bl-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Dan hu l-mod ta' kif Kunsill Lokali serju għandu jaħdem, b'sens ta' viżjoni u responsabbiltà lejn ir-residenti tal-lokal," qal Christian Micallef, Sindku tal-Belt Valletta.

    Dan l-avveniment huwa l-ewwel minn ħafna avvenimenti ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva li Is-Suq Tal-Belt ser jimpenja ruħu li jorganizza. L-għan hu li jippromwovi soċjetà aktar inklużiva li hija l-bażi ta’ l-istorja tas-Suq Tal-Belt li dejjem kien il-lok fejn kulturi u gosti differenti iltaqghu u ċ-ċentru ta' soċjetà kompletament inklussiva.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0