Dramm Poetiku fil-Bażilika Elenjana

  • Apr 11, 2019 13:07
  • Miktub minn iNews
"

    Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-100 anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena, ser ikomplu għaddejin l-avventimenti b’rabta mal-Ġimgħa Mqaddsa.

    Illejla fis-7pm, ser ikun imtella’ dramm poetiku bl-isem ta’ Salvator Mundi miktub minn Louis Briffa ġewwa l-Bażilika ta’ Sant’Elena Birkirkara. Dan id-dramm maqsum f’erba’ atti, ser jagħtina perspettiva differenti dwar x’seta ġara realment fil-mumenti li għadda minnhom Sidna Ġesù Kristu waqt it-tbatija tiegħu.

    Dan id-dramm ser ikun akkumpanjat mill-Banda Sant’Elena taħt it-tmexxija tas-Surmast Direttur Mro Joe Vella fejn ser tkun qed tesegwixxi diversi siltiet funebri u oħrajn klassiċi. Jingħaqdu mal-Banda il-kantanti Gillian Attard Camenzuli Kerr u Rihana Marie Caruana. Kulħadd mistieden biex jattendi.

    Immedjatament wara, ser tkun qed tinfetaħ il-wirja sagra bl-isem ‘Et occidi, et tertia die resurgere’ (Joqtluh, u fit-tielet jum iqum). Din il-wirja tinkludi diversi xeni bi statwi life-size fix-xelter u l-kantina tal-każin tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena. Fis-sala Ġużeppi Busuttil, ser ikun esebit kwadru kbir maħdum bis-smid ikkulurit b’qies ta’ 16x24 pied li juri xena tal-qawmien ta’ Kristu mill-mewt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0