'SEPTEM VERBA' - Kunċert tar-Randan u Drama mill-Banda Beland taż-Żejtun

  • Apr 04, 2019 08:35
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ġimgħa l-Kbira minn dejjem kien żmien għażiż għall-membri tas-Soċjetà Mużikali Beland taż-Żejtun. Dan jidher permezz ta’ numru t’attivitajiet kulturali u mużikali imhejjija mill-istess Soċjetà matul ir-Randan Imqaddes ta' din is-sena.

    Wieħed mill-avvenimenti prinċipali imhejji mis-Soċjetà Mużikali Beland taż-Żejtun għal din is-sena hu l-Kunċert tar-Randan b’Mużika Sagra mill-Banda Beland. Għall-kuntrarju ta’ snin preċedenti, din is-sena dan il-Kunċert ser ikun imżewwaq b’elementi viżwali ta’ “Septem Verba”, rappreżentazzjoni ħajja mill-membri tal-Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira. 

    Sa mis-sena 2000, il-Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Beland kienet diġà bdiet ittella' fis-Sede tagħha rappreżentazzjonijiet ħajjin, li jesegwu episodji mill-Bibbja tal-Passjoni ta' Ġesù. Mill-ewwel sena, din il-Kummissjoni dejjem ħadmet biex tkun konsistenti u tesegwixxi dawn ir-rappreżentazzjonijiet b'mod sekwenzjali li jgħaddu minn episodju għall-ieħor. 

    Għaldaqstant, ir-Randan ta' din is-sena ser ikun qed iwassalna biex ngħaddu għal xenarju tal-akbar avveniment tal-fidi nisranija: it-Tisliba ta' Sidna Ġesù Kristu, li fiha miet għalina u wara t-tielet jum reġa’ qam u tela’ s-sema rebbieħ. Għalhekk f'din is-sena tant speċjali u b'differenza mid-drammi tas-soltu, ser inkunu qegħdin nagħlqu bil-kbir dan il-kapitolu ta' dawn id-dsatax -il sena ta' rappreżentazzjonijiet flimkien mal-Banda Beland taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Ray Sciberras, bit-tema 'Septem Verba' (Is-Seba’ Kelmiet) fil-Kunċert Annwali tar-Randan. L-iskop ta' dan l-avveniment huwa li nfakkru l-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu bil-mużika u drama b’mod riflessiv kif inhu xieraq għaż-żminijiet solenni tal-Ġimgħa l-Kbira, li fil-Belt Beland taż-Żejtun għandhom rabta dejjiema mal-komunità tagħha.

    Il-Kunċert ser isir is-Sibt 6 t’April 2019 fit-8:00pm fil-Knisja Parrokkjali l-antika taż-Żejtun, magħrufa aħjar bħala ta’ San Girgor. Għal dan il-Kunċert ser jindaqqu bosta marċi funebri u Mużika Sagra adattata għal żmien ir-Randan li tinkludi mużika orkestrali taċ-ċelebri kompożitur Żejtuni Maestro Carlo Diacono. Din ser tindaqq għall-ewwel darba mill-Banda fuq arranġament imhejji apposta għall-Banda mis-Surmast Direttur Mro. Sciberras innifsu.

    Il-Banda Beland tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Mro. Ray Sciberras. Jieħdu sehem ukoll il-Kor Mirabitur, is-Sopran Rosabelle Bianchi u t-Tenur Alfred Camilleri.

    Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jirrikorri fuq il-paġna BELAND fuq facebook jew tintbagħat email fuq info@belandband.com

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0