Ktieb dwar l-istorja tal-Big Friends Guggen Musik

  • Apr 03, 2019 10:23
  • Miktub minn iNews
"

    Fost l-inizjattivi biex tfakkar il-10 sena mit-twaqqif tal-Big Friends Guggen Musik, ġie ppubblikat ktieb bl-istorja ta’ din il-band. Fih ukoll informazzjoni dwar kif nibtet il-mużika guggen fl-Isvizzera u pajjiżi oħrajn u kif din waslet f’pajjiżna. 

    Dan il-ktieb, intitolat ‘The Gugen tradition in  Malta’ ,  kien editjat minn George Cassar bil-parti li titratta l-Għaqda f’idejn Ian Debattista. Il-ktieb fi 112-il-paġna u mhux biss jiġbor l-istorja tal-guggen iżda jinkorpora wkoll ħafna ritratti bil-kulur li jkomplu jgħollu l-livell tal-publikazzjoni. 

    Biex tfakkar dan il-anniversarju l-Għaqda ppubblikat ukoll DVD li jiġbor filmati dwar din il-mużika flimkien ma’ ħidma li wettqet l-Għaqda tul dawn is-snin. Dan id-DVD ittella’ minn Godfrey Agius, direttur tal-Għaqda u minn Anteo Camilleri u Rodrick Dalli, membri tal-kumitat tal-Għaqda.

    Aktar kmieni dan ix-xahar l-Għaqda żaret lill-Eċċ. Tagħha Marie Louise Coleiro Preca President ta’ Malta, fil-Palazz ta’ San Anton. Saru diskorsi tal-okkażżjoni u kienu ppreżentati lill-President ta’ Malta kotba u dvd biex jibqgħu fil-Biblijoteka tal-palazz Presidenzjali. Wara l-President ppreżentat lil kull mużiċist ktieb u dvd. Il-50 mużiċist iddawwru mas-swali fejn ġiet spjegata lilhom l-istorja ta’ dan il-palazz. 

    Il-ktieb u d’DVD kienu realizzata permezz tal-għajnuna tal-Kunsill Malti tal-Volontarjat taħt l-iskemi VOPs u Sis.

    Bħala parti mill-attivitajiet li fakkru l-10 aniversarju mit-twaqqif tal-Big Friends Guggen Muzik saret wirja dwar guggen musik nhar il-Ħamis 22 ta’ Novembru fis-7.45 pm fiċ-ċentru mużikali tal-band fil-Furjana. Il-wirja fetħet b’quddiesa fejn ġew ippreżentati l-istrumenti ġodda li tbierku mill-kappillan tal-istess għaqda Patri Deo Debono. L-Għaqda għalqet iċ-ċelebrazzjonijit tagħha il-Ħadd 25 ta’ Novembru bi programm speċjali li wassal għall-ftuħ uffiċjali taċ-ċentru mużikali tal-għaqda.

     Fil-bidu ta’ Ottubru Il-Big Friends Guggen Musik żammet seminar fejn ġiet ittratta l-istorja tal-mużika  Guggen u tagħrif dwar attivitajiet imtellgħin fiż-żminijietna madwar id-dinja. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0