Impjegati ta’ Express Trailers Jgħinu lil Noah’s Ark

  • Apr 02, 2019 15:01
  • Miktub minn iNews
"

    Grupp ta’ impjegati minn Express Trailers flimkien mal-familji tagħhom dan l-aħħar kellhom l-opportunità li jgħinu f’CSR Day fejn qattgħu ġurnata jgħinu lis-santwarju tal-klieb Noah’s Ark. L-impjegati u l-familji tagħhom qagħdu jgħinu fit-tindif ta’ l-istore u ri-organiżżazzjoni tal-post kollu, filwaqt li oħrajn qagħdu jgħinu fit-tindif tal-ġnien u l-inħawi madwaru, filwaqt li t-tfal qagħdu jżommu kumpanija lill-klieb u ħaduhom għal mixja.

    “Is-suċċess ta’ Express Trailers bħala kumpanija, huwa mibni fuq l-impjegati bħala l-ambaxxaturi tagħha u l-ispirtu kollettiv huwa l-fattur li jgħaqqad u jmexxi lill-kumpanija ‘l quddiem,” qal Franco Azzopardi, Chairman u CEO ta’ Express Trailers fi tmiem l-attivit.

    “Huwa għalhekk li nieħdu gost b’opportunitajiet bħal dawn fejn in-nies tagħna jistgħu jaħdmu flimkien fuq proġett ta’ ġid bħalma hija din l-inizjattiva annwali ta’ CSR Day. Kburi bin-nies tagħna talli għenu biex din l-attività terġa tkun waħda ta’ suċċess,” żied Franco Azzopardi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0