Id-Dwana b'sejba ta' aktar minn 200 flixkun inbid illegali f'ristorant

  • Apr 01, 2019 10:00
  • Miktub minn iNews
"

    Uffiċjali tad-Dwana sabu f’ristorant mal-215-il flixkun inbid illegali lesti biex jinbiegħu.

    Fi stqarrija maħruġa mid-Dwana ntqal li wara ġimgħat ta’ investigazzjoni mill-JET, magħmul minn Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima tal-Infurzar, u minn Spetturi tat-Taxxa mill-Compliance & Investigations Directorate tad-Dipartiment tat-Taxxa,  fi tmiem il-ġimgħa, saret spezzjoni f’ristorant li jinsab fil-Port ta’ Marsamxett.

    L-irwol tal-JET, hu li tagħmel investigazzjoni intelliġenti u tanalizza ħafna data li ż-żewġ Dipartimenti jippossjedu. Meta jinstabu biżżejjed indikaturi li qed isir evażjoni fiskali, dawn l-investigazzjonijiet jiġu kumplimentati bi spezzjonijiet f’postijiet diversi.

    Fuq investigazzjonijiet li saru mill-JET, il-kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tad-Dwana u d-Dipartiment tat-Taxxi ser tkompli tieħu dimensjoni akbar, hekk kif ser jiżdiedu l-ispezzjonijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0