Tbissima miktuba... serata satirika f’jum l-ewwel t’April

  • Mar 30, 2019 16:13
  • Miktub minn iNews
"

    Il-grupp letterarju Muża Karkariża ser jorganizza lejla mużiko-letterarja din id-darba b’tema satirika marbuta mal-ewwel t’April. 

    ‘Tbissima Miktuba - Darba fis-sena għandek dritt titbellaħ’ huwa l-isem tas-serata li ser tittella’ nhar it-tnejn l-1 t’April fis-sala tal-Klabb tal-Futbol ta’ Birkirkara fis-7pm.

    Din is-serata se jkollha s-sehem tal-letteraturi Karkariżi li se jżewqu s-serata bix-xogħolijiet letterarji tagħhom. Fost dawn insibu lil Charles B. Spiteri, Charles Mifsud, Charles Briffa, Tarcisio Zarb, Ġorġ Peresso, Therese Pace, Fr Angelo Mamo, Ninu Borg, Frans Borg, Carmel G.Cauchi, Emmanuel Attard Cassar, Emma Spiteri u Joseph Borda.

    Jikkumplimentaw din is-serata mużikalment ser ikun hemm Carmelo Borġ u Alan Saliba.

    L-għan tal-grupp Muża Karkariża huwa li jlaqqa' kittieba differenti b'xi rabta ma' Birkirkara, u dawn il-kittieba jsawru ħsibijiet interessanti skont il-burdati taż-żmien u x-xejriet tal-personalitajiet tagħhom. Hija radda ta' ideat li jinħmew fil-ħajja komuni tas-soċjetà Maltija.

    Tippreżenta is-Sinjura Maria Mintoff u kordinament tas-serata ikun f’idejn is-Sinjura Terry Muscat. Muża Karkariża jixtiequ jirringrazzjaw lil BKR Radio 94.5fm kif ukoll lill-Klabb tal-Futbol ta’ Birkirkara. Kulħadd huwa mistieden biex jattendi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0