Aktar ħaddiema jirreġistraw bħala donaturi tal-organi

  • Mar 29, 2019 16:36
  • Miktub minn iNews
"

    210 impjegati tal-kumpanija General Soft Drinks irreġistraw lilhom infushom bħala donaturi talorgani f’kampanja li saret bejn il-management tal-kumpanija u l-Ministeru għas-Saħħa biex jiżdied l-għarfien dwar id-donazzjoni tal-organi. Dan ħareġ waqt żjara li għamel id-Deputat Prim Ministru ul-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fejn segwa mill-qrib l-operat tal-kumpanija.

    Fi tmiem iż-żjara tiegħu d-Deputat Prim Ministru ġie ppreżentat bil-formoli ta’ reġistrazzjoni li nġabru mill-management u mill-ħaddiema. Huwa faħħar l-inizjattiva li ħadet il-kumpanija flimkien mal-ħaddiema tal-ġest altruwistiku tagħhom biex jgħinu lil dawk il-persuni li minħabba kundizzjonijiet mediċi jkollhom bżonn xi tip ta’ trapjant filwaqt li ħeġġeġ biex aktar kumpaniji jsegwu dan l-eżempju billi jippromwovu kampanji simili fil-post tax-xogħol tagħhom.

    ''Jien kburija bil-fatt li 3 minn 4 ħaddiema impjegati f'GSD huma donaturi ta 'organi rreġistrati. Skont l-informazzjoni li rċevevjna mil-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tas-Saħħa l-Onor. Chris Fearne, dan jammonta għal wieħed fil-mija tad-donaturi tal-organi rreġistrati kollha. Inħeġġiġkom kollha Sabiex  tirregistraw għal din il-kampanja nobbli u ssiru donaturi tal-organi. '' Qalet Maria Micallef CEO tal-GSD Marketing Ltd.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0