Angelus - Kunċert ta' Mużika Sagra b’risq id-Dar tal-Providenza

  • Mar 29, 2019 16:01
  • Miktub minn iNews
"

    Medina Foundation for Music għandha l-pjacir tipprezenta ‘Angelus’, serata imżewqa b’siltiet sagri u klassiċi mill-isbaħ nhar il-Gimgħa, 5 t’ April ġewwa l-Katidral tal-Imdina fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija bis-sehem tas-St Paul Chamber Ensemble flimkien mal-Anacrusis Concert Choir u s-solisti Karen Gatt Darmenia sopran, Claire Massa mezzo sopran, Joseph Aquilina tenur u James Vella Bondin baxx.

    Is-St Paul Chamber Ensemble ġiet imwaqqfa fl-2015 taħt id-direzzjoni ta’ Mro Mark Agius u tiġbor flimkien mal-45 mużiċist u kantanti Maltin bl-għan li twassal il-mużika lill-publiku in-ġenerali u li trawwem mużiċisti ġodda fil-qasam mużikali kif ukoll tippromwovi t-talent lokali. Tul dawn l-aħħar snin, l-orkestra ħadet sehem f’bosta attivitajiet prestiġjuzi fosthom il-preżentazzjoni tal-Kantiċi ta’ San Luqa, xogħol tas-Surmast Joseph Sammut kif ukoll Messa Da Requiem, kompożizzjoni tal-Maestro Mark Agius, fejn kellha concert tour fil-Polonja bl-istess xogħol. Riċentament l-orkestra ipprezentat Royal Command Performance taħt il-patrunaġġ tal-Arċiduka tal- Awstrija, il-Prinċep Sandor Habsburg Lothringen u l-mara tiegħu il-Principessa Herta Margarete.


    Wieħed mill-għanijiet tal-programmi li jittellgħu mis-St Paul Chamber Ensemble huwa li jinġabru fondi għal entitajiet diversi, fosthom Dar Bjorn u l-Ghana Mission Foundation. Din is-serata qegħda tigi organizzata b’risq id-Dar tal-Providenza fejn id-dħul huwa b’donazzjoni ta’ €10. Tista’ tirriserva post billi ċċempel fuq 2145 4697 jew 7995 0507

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0