Arrestat mill-ġdid l-agħar aggressur fl-Ingilterra… kien isawwatha bil-martell u jġegħelha tiekol ritratti ta’ qraba mejtin

  • Mar 22, 2019 12:21
  • Miktub minn iNews
"

    L-agħar aggressur li qatt tressaq quddiem Maġistrat fl-Ingilterra reġa’ ntbagħat il-ħabs wara biss sitt xhur minn mindu kien inħeles. 

    Dan il-każ hu dwar Craig Thomas ta’ 38 sena li fl-2013 kien intbagħat il-ħabs wara li wettaq sensiela ta’ abbużi fuq is-sieħba tiegħu ta’ dak iż-żmien, Charlotte Rooks. Hu kien iżommha bħala skjava f’ appartament f’Cardiff.  

    Ir-raġel kien intbagħat għaxar snin il-ħabs wara li nstab ħati li kien isawwatha bil-martell, iġegħelha torqod għarwiena bilwieqfa u jġegħelha tiekol ritratt ta’ qraba tagħha li mietu. 

    L-aggressur kien inħeles is-sajf li għadda wara li serva biss ħames snin mis-sentenza. Madankollu, il-Ministru tal-Ġustizzja Ingliż issa kkonferma li Thomas reġa’ tpoġġa l-ħabs wara li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien.

    Fl-2013, is-sieħba kienet skopriet li hi tqila bil-wild ta’ Thomas. Dan wassal biex isir iżjed vjolenti. Rooks tirrakkonta li kien jgħidilha torqod bilwieqfa u jekk tkun se torqod iwaddbilha l-affarijiet. Meta l-omm adottiva tagħha mietet, hu kien iġegħelha tiekol ir-ritratt tagħha. Kien ġegħelha wkoll tiekol ċurkett li kien ingħatalha mingħand l-omm biex iżżommu bħala tifkira. 

    Meta kienet għadha tqila, kien anke jsawwatha fuq l-istonku u f’wiċċha. Tistqarr li kienet il-biża’ għal dawk li tħobb li żammewha biex tibqa’ miegħu fil-bidu. Illum il-ġurnata Rooks għadha ssofri minn diversi problemi kkaġunati mis-swat u l-abbuż. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0