Aktar minn 2.5 miljun persuna jiffirmaw il-petizzjoni biex jiġi kkanċellat Brexit

  • Mar 22, 2019 10:12
  • Miktub minn iNews

    Aktar minn 2.5 miljun persuna ffirmaw il-petizzjoni biex il-Gvern Ingliż jirrevoka Artiklu 50 u jikkanċellaw Brexit. 

    In-numru ta’ firem fuq id-dokument qiegħed ikompli jiżdied b’rata mgħaġġla minkejja li l-Prim Ministru Theresa May qalet li hi ma temminx li għandha twaqqaf il-proċess. 

    Din il-petizzjoni issa hi t-tieni l-akbar petizzjoni fl-istorja wara li qabżet il-pertizzjoni l-oħra li kienet talbet li Donald Trump jiġi pprojbit milli jmur l-Ingilterra. 

    Min-naħa tagħha, May qalet ilbieraħ li jekk wieħed iħares lura u jara x’ġara fir-referendum, isib li sar l-akbar eżerċizzju demokratiku fl-istorja. Sostniet li kien hemm riżultat ċar li r-Renju Unit għandu joħroġ mill-Unjoni Ewropea. 

    L-akbar interess fil-petizzjoni ġie minn Cambridge, Brighton, Bristol, Oxford u Edinburgh. 

    Ilbieraħ, il-websajt tal-petizzjoni waqgħet wara li kien hemm volum qawwi ta’ nies li daħlu fiha. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook