“Kefa” - dramm ġdid dwar il-Passjoni ta’ Ġesù Kristu

  • Mar 21, 2019 20:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Grupp Teatrali Bormliż fi ħdan iċ-Ċentru 19 ta’ Novembru 1944 se jippreżenta l-għaxar dramm konsekuttiv li jirrakkonta b’mod mill-aktar ħaj u awtentiku diversi stadji mill-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Id-dramm il-ġdid għal din is-sena, bl-isem ta’ ‘Kefa’, huwa mifrux fuq żewġ atti, b’kitba u direzzjoni ta’ Joseph Buhagiar.

    Iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Belt Cospicua minn dejjem kienu ta’ importanza kbira, tant li sa minn żmien imbiegħed kienu diġa’ jiġu ċċelebrati dawn il-festi b’mod xieraq. Dan seta’ jkun possibli grazzi għal diversi individwi li jagħtu s-sehem sħiħ tagħhom matul is-sena, b’mod speċjali f’dan iż-żmien sabiħ tar-Randan. 

    Iċ-Ċentru 19 ta’ Novembru 1944, li huwa l-grupp organizzattiv tal-Festa Esterna ta’ Marija Immakulata, jieħu ħsieb li għal dawn iż-żminijiet itella’ d-dramm tal-Passjoni, xi ħaġa li fiha l-Bormliżi kienu pijunieri. Il-bidu tad-Dramm tal-Passjoni kien fdat f’idejn il-’Grupp Żgħażagħ Bormliżi’. Wara xi snin wieqaf, dan id-dramm reġa’ beda jsir miċ-Ċentru 19 ta’ Novembru 1944. Din is-sena hija l-għaxar darba li se isir f’isem iċ-Ċentru u bħas-snin ta’ qabel twettqet ħidma matul dawn l-aħħar xhur biex tittella’ produzzjoni oħra mill-aqwa.

    L-istorja ta’ din is-sena ddur mal-figura ta’ Pietru, tant li anki d-dramm innifsu huwa msemmi għalih, ’Kefa’. Matulu naraw diversi episodji li fihom kien involut direttament Pietru, kif ukoll ma jistax jonqos il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu bil-komplott jinħema kontrih. 

    X’kien lest li jagħmel Pietru għal Ġesù? Dejjem irnexxielu jifhem il-pjan ta’ Alla? Fuq min inbniet sewwasew il-Knisja ta’ Kristu?

    Dan u aktar wieħed se jkun jista’ jarah fil-produzzjoni ’Kefa’ li se ssir nhar is-Sibt 13 ta’ April fis-7.30p.m., u l-Ħadd 14 ta’ April fis-6.30p.m. fis-Sala tal-Kullegg De La Salle, Kottonera. 

    Dawk kollha li jixtiequ jirriservaw post għandhom jaħsbu kemm jista’ jkun kmieni billi jċemplu fuq 7930 8900, 9912 0205, 7906 6304. Dħul b’donazzjoni ta’ €7 kull persuna.

    Kull min jistieq aktar dettalji jista’ jżur il-paġna fuq Facebook: https://www.facebook.com/gt191144/ 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0