Xarbiet sħan iżidu r-riskju ta’ kanċer fl-esofagu b’90%

  • Mar 20, 2019 16:36
  • Miktub minn iNews
"

    Studju estensiv li ġie ppubblikat riċentament juri li dawk jixorbu xarbiet sħan ikunu qegħdin iżidu r-riskju li jkollhom kanċer fl-esofagu b’90%. 

    L-esofagu hu dak it-tubu li jġorr l-ikel mill-ħalq għall-istonku. Min jixrob 700 millilitru ta’ tè li jkun jaħraq ikun iżjed f’riskju li jaqbdu dan it-tip ta’ kanċer milli dawk li jixorbu xarbiet b’temperaturi iżjed baxxi. 

    F’dan l-istudju ġew studjati d-drawwiet tax-xorb ta’ 50,045 persuna ta’ bejn l-40 u l-75 sena li jgħixu fl-Iran. L-awtur tal-istudju, Dr Farhad Islam mill-American Cancer Society qal li hu rakkomandat li persuna tistenna sakemm ix-xarba tibred, għax b’hekk tnaqqas ir-riskju ta’ dan il-kanċer. 

    L-istudju ġie ppubblikat fil-Ġurnal Internazzjonali tal-Kanċer u jikkonferma dak li kienet diġá ħabbret il-World Health Organisation li fl-2016 kienet qalet li xarbiet li jkunu iżjed sħan minn 65 grad Celsius jistgħu jkunu karċinoġeni. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0