Mercedes-Benz B Class - mudell ġdid introdott f’Malta

  • Mar 20, 2019 13:57
  • Miktub minn iNews
"

    Iktar sports għal mudell Tourer.  Hekk introduċiet id-ditta Mercedes-Benz lill-mudell il-ġdid tagħha B Class li ġie introdott ftit tal-ġimgħat ilu mill-kumpanija Kind’s, l-aġenti ewlenin tad-ditta Mercedes-Benz f’Malta.

    Il-verżjoni ta’ dan il-mudell, dik li tissejjaħ transverse-mounted hija two-litre OM 654q diesel b’110kW u 140 kW – l-ewwel magna li tissodisfa ir-rekwiżiti tal-Euro 6d, li se jkunu mandatorji għal vetturi ġodda mis-sena 2020.  Din is-sistema kienet possibli li tkun effettiva fuq il-Mercedes-Benz permezz ta’ sistema speċjali fl-exhaust.

    Meta mqabbla ma’ dik preċedenti, l-B-Class il-ġdida hija armata b’magni effiċjenti li kollha huma konfermi mal-limiti tal-Euro 6-TEMP, bħala minimu.  Hawn qed tiddebutta it-trażmissjoni magħrufa bħala eight speed dual-clutch transmission.

     

    Stil

    Il-Mercedes-Benz B-Class hija perfetta bħala karozza tal-familja għal dawk kollha li għalihom huwa importanti l-ispazju, l-kumdita` u s-sigurta`, u għalkemm għandha dehra sportiva, toffri dimensjonijiet inturjuri aħjar mill-mudell preċedenti.

     

    Disinn u teknoloġija innovattivi

    F’termini ta’ parti interjuri avant-garde, il-B-Class għal darb’oħra qed terġa’ tiddebutta b’disinn li d-ditta ssejjaħ mono-volume fejn poġġiet l-istrumenti kollha tal-vettura, u fejn kull parti minn din l-instrument panel (kif tissejjaħ eżatt) hija rivoluzzjonarja daqs tal-A-Class.

    Id-ditta Mercedes-Benz reġgħet ħolqot ukoll revoluzzjoni fejn tidħol il-grafika fil-B-Class.  Fil-fatt din hija mgħammra b’sistema MBUX bi grafiki tri dimensjonali, operazzjoni intuittiva li tinkludi touchscreen u sistema ta’ “Hey Mercedes” – kontroll li jopera bil-vuċi.  Din hija abbilta` ta’ tagħlim, kif ukoll funzjonijiet, fejn wieħed jista’ jkollu per eżempju anke aċċess għall-MBUX Augmented Reality.

    Il-head-up display, li tiġi skont l-għażla tal-klijent huwa fattur ġdid tal-Mercedes B-Class.  Din ġiet żviluppata apposta biex tipproġetta informazzjon importanti fuq il-windscreen, u tnaqqas id-distrazzjoni mis-sitwazzjonijiet tat-traffiku.

     

    Sigurtà 

    Il-B-Class il-ġdida  ħarġet b’sistemi t’assistenza li jissapportjaw ukoll lis-sewwieq, biex b’hekk tkun tista’ tipprovdi fost l-iktar livelli għoljin ta’ sigurta` attiva f’dan is-segment - funzjonijiet li ġejjin mill-mudell S-Class.

    Id-ditta ħasbet ukoll għal sistema ġdida applikata fis-seats tal-karozza li prattikament tieħu ħsieb s-saħħa tiegħek.  Bl-isem ta’ ENERGIZING il-kumpanija ħolqot seats ortopediċi li jinbidlu skont il-pożizzjoni tal-persuna permezz ta’ tibdil kull minuta skont l-inklinazzjoni tal-cushions tas-seat u l-parti tas-seat fejn ikun qed iserraħ id-dahar.

    Sa mill-ewwel darba li ġiet introdotta fis-suq fl-2005, inbiegħu iktar minn 1.5 miljun mudell B-Class.  Fl-1997, il-mudell A-Class kien il-fundatur tas-segment kompatt kurrenti: minn dak iż-żmien, iktar minn 6 miljun karozza kompatta ħarġu mill-fabbrika ta’ Mercedes-Benz, u daru l-konsumaturi madwar id-dinja kollha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0