Alfa Romeo qed taħdem fuq mudell elettriku

  • Mar 20, 2019 10:56
  • Miktub minn iNews
"

    Alfa Romeo lesta biex tidħol fid-dinja tal-vetturi elettriċi hekk kif kixfet il-kunċett ta’ SUV ġdid msejjaħ Alfa Romeo Tonale waqt il-Fiera Internazzjonali tal-Karozzi f’Ġinevra. Il-wasla tat-Tonale hija mportanti għaliex dan il-mudell jirrapreżenta l-ewwel SUV b’teknoloġija plug-in hybrid minn Alfa Romeo. Il-mudell jisfida n-normi tal-kategorija awtomobilistika li qed tikber bl-aktar rata mgħaġġla bħalissa, bi stil essenzjalment Taljan u prestazzjoni ta’ sewqan mingħajr paragun.

    Id-disinn tal-Alfa Romeo Tonale huwa ispirat mill-istil uniku li għalih hija magħrufa d-ditta leġġendarja u jislet bilanċ bejn it-tradizzjoni rikka ta’ Alfa Romeo u l-antiċipazzjoni għal ideat ġodda. Il-kostruzzjoni tal-karozza hija deċiżament Alfa Romeo, iżda id-disinjaturi rnexxielhom joħolqu anatomija tassew innovattiva u li tħares lejn il-futur.

    Eleganti, aggressiva, u differenti, l-Alfa Romeo Tonale hija l-qofol ta’ storja sportiva u teknoloġika. Il-ġewwieni tagħha huwa orjentat lejn is-sewwieq u kull dettall huwa maħsub biex iwassal esperjenza superjuri ta’ sewqan. Iżda Alfa Romeo ma tinsiex lill-passiġġieri l-oħra u l-arkitettura tal-kabina jakkomoda sa erba’ persuni adulti. Il-kuntrast li jinħoloq permezz tal-materjali sofistikati, bħal aluminium, ġilda, u Alcantara, jixhed għas-sengħa li bih hija mibnija din il-vettura. 

    Mgħammra bl-aktar sistemi teknoloġiċi avvanzati, l-Alfa Romeo Tonale toffri esperjenza tassew differenti u dinamika, mingħajr ma titlef il-karattru sportiv li għalih hjia rinomata d-ditta Taljana. Dan il-mudell ma jħarisx biss lejn il-futur ta‘ Alfa Romeo, iżda lejn il-futur tal-kategorija SUV, b’espressjoni kreattiva li twassal l-aqwa prestazzjoni fis-settur.

    L-Alfa Romeo Tonale tirrapreżenta evoluzzjoni naturali lejn mudelli ta’ trasportazzjoni ġodda mingħajr ma jintilfu id-dinamika u l-pjaċir tas-sewqan. Minflok tadatta għal xejriet kurrenti, Alfa Romeo qiegħda toffri interpretazzjoni ġdida għas-settur tal-vetturi elettriċi li jesprimi l-ideat ta’ sbuħija, enerġija, effiċjenza, u prestazzjoni li magħhom hija sinonima id-ditta Taljana.

    Għal aktar informazzjoni dwar Alfa Romeo, tista’ żżur ix-showroom fi Psaila Street, Birkirkara, tibgħat email fuq alfasales@motorsinc.com.mt, jew tidħol fuq il-paġna Facebook Alfa Romeo Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0